Mogħdija tan-navigazzjoni
L-informazzjoni fuq dan is-sit hija soġġett għal rinunzja, avviż dwar id-dritt tal-awtur, regoli kemm dwar il-ħarsien tad-dejta personali kif ukoll l-użu tal-emblema tal-UE minn partijiet terzi, u cookies.
Il-Kummissjoni Ewropea żżomm dan is-sit biex isaħħaħ l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Il-mira tagħna hija li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u eżatta. Jekk jiġbdulna l-attenzjoni li hemm żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madanakollu l-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabilità jew kwalunkwe danni fir-rigward ta’ l-informazzjoni fuq dan is-sit.
Din l-informazzjoni hi:
Jekk jogħġbok innota li ma jistax jiġi garantit li dokument disponibbli on-line jirriproduċi b’ mod eżatt test addottat uffiċjalment. Il-leġislazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ppubblikata fl-edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-forma kartaċeja biss hi meqjusa awtentika.
Hija l-mira tagħna li nnaqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madanakollu xi data jew informazzjoni fuq is-sit tagħna tista’ tkun maħluqa jew strutturata f’fajls jew f’formats li m’humiex mingħajr żbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkunx interrott jew b’mod ieħor affettwat minn problemi bħal dawn. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ tali problema li tirriżulta bl-użu tas-sit jew kwalunkwe siti esterni llinkjati.
Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà m’hix intiża li tillimita r-responsabbiltà tal-Kummissjoni b'kontravenzjoni ta' kwalunkwe ħtieġa stabilitai fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas teskludi r-responsabbiltà f’materji li ma jistgħux ikunu esklużi taħt dik il-liġi.
© Unjoni Ewropea, 1995-2013
Ir-riproduzzjoni hi awtorizzata, dejjem jekk is-sors hu magħruf, salv jekk jingħad mod ieħor.
Fejn irid jinkiseb permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew użu testwali ta’ informazzjoni multimedjali (ħoss, stampi, software, eċċ.), tali permess għandu jħassar il-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni fuq l--użu.
L-Unjoni Ewropea hi kommessa għall-privatezza ta’ l-utenti.
Il-politika dwar "protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet tal-Komunità" hi bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 [242 KB]
![]()
![]()
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000.
Din il-politika ġenerali tkopri l-familja tas-siti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, fid-dominju eu.
Għalkemm, tista’ żżur ħafna minn dawn is-siti mingħajr ma tagħti kwalunke informazzjoni dwarek, f’xi każijiet, informazzjoni personali hi meħtieġa biex tipprovdi e-servizzi li inti titlob.
Siti li jinħtieġu t-tali informazzjoni jittrattawha skond il-politika deskritta fir-Regolament msemmi fuq u jipprovdu informazzjoni dwar l-użu tad-data tiegħek fl-istqarrija tal-politika tal-privatezza speċifika tagħhom.
F’dan ir-rigward:
Il-familja ta’ siti istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea, fid-dominju eu, tipprovdi links għas-siti ta’ parti terzi. Minħabba li aħna ma nikkontrollawhomx, ninkoraġġuk tirrevedi l-politika tal-privatezza tagħhom.
X’inhu e-servizz?
E-servizz fuq EUROPA hu servizz jew riżors magħmul disponibbli fuq l-Internet biex itejjeb il-komunikazzjonijiet bejn iċ-ċittadini u n-negozji fuq naħa u l-Istituzzjonijiet Ewropej fuq in-naħa l-oħra.
Fuq l-EUROPA hemm diġà`, jew ħa jkun hemm tliet tipi ta’ e-servizzi:
Informazzjoni li tinsab fi stqarrija ta’ privatezza speċifika.
Stqarrija tal-privatezza speċifika għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar l-użu tad-data tiegħek:
Kif nitrattaw e-mails li tibagħtilna?
Ħafna paġni fis-sit Ewropa għandhom buttuna “kuntatt” li tħaddem is-software ta’ l-e-mail tiegħek u tistiedenek tibgħat il-kummenti tiegħek f’mailbox speċifika ta’ l-apposta.
Meta inti tibgħat dan il-messaġġ, id-data personali tiegħek hi miġbura biss sa l-ammont neċessarju għar-risposta. Jekk it-tim ta’ l-immaniġjar tal-mailbox ma jistax iwieġeb il-mistoqsija tiegħek, hu għandu jgħaddi l-e-mail tiegħek lil servizz ieħor. Inti tkun infurmat, b’e-mail, dwar liema servizz għandu l-mistoqsija tiegħek.
Jekk għandek kwalunkwe mistoqsija dwar l-ipproċessar ta’ l-e-mail tiegħek u d-data personali relatata, toqgħodx lura milli tinkludiha fil-messaġġ tiegħek.
X'inhuma l-cookies?
Biex dan is-sit web jaħdem sew, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta' dejta fuq il-kompjuter tiegħek, magħrufin bħala cookies.
Il-biċċa l-kbira tas-siti web il-kbar jew il-fornituri tas-servizzi tal-internet jagħmlu dan ukoll. Il-cookies jgħinu lis-sit web jiftakar is-settings tiegħek – il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi oħrajn dwar kif trid tara s-sit fuq il-kompjuter tiegħek – biex ma jkollokx toqgħod tissettjahom kull darba li terġa' tmur fis-sit.
Barra dan, f'għadd ta' paġni fuq EUROPA tara kaxxa fejn ikun hemm inkjesta li tistaqsik jekk il-kontenut kienx utli jew le. Aħna naħżnu cookie għal dan ukoll, biex il-kaxxa ma terġax tidher ladarba tkun weġbitha.
Il-cookies tagħna ma jintużawx biex nidentifikawk personalment. Qegħdin hemm biss biex is-sit web jaħdem aħjar għalik.
Kif tikkontrolla l-cookies
Tista' tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq – għad-dettalji, ara AboutCookies.org
.
Tista' tħassar il-cookies kollha li diġà qegħdin fuq il-kompjuter tiegħek u tista' tissettja l-parti l-kbira tal-brawżers biex jimblukkawhom milli jiġu maħżuna Iżda jekk tagħmel dan, għandu mnejn ikollok toqħgod tissettja l-preferenzi manwalment kull darba li żżur is-sit.
Il-Kummissjoni ma tuża l-cookies għal ebda raġuni oħra minn dik ippreżentata hawnhekk u ma tużahomx biex tiġbor kwalunkwe dejta personali għal kwalunkwe raġuni oħra.
Il-prinċipji tal-użu tal-Emblema Ewropea minn partijiet terzi ġew stipulati fi ftehim amministrattiv mal-Kunsill tal-Ewropa. Dan il-ftehim ġie ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-08/09/2012 (2012/C 271/04).
Skont dan il-Ftehim, kull persuna naturali jew legali ("utent terz") jista' juża l-Emblema Ewropea jew kwalunkwe mill-elementi tagħha, sakemm dan l-użu
(a) ma joħloqx l-impressjoni jew l-assunzjoni li hemm konnessjoni bejn utent terz u kwalunkwe mill-istituzzjonijiet, l-entitajiet, l-uffiċji, l-aġenziji u l-organi tal-Unjoni Ewropea jew il-Kunsill tal-Ewropa meta din il-konnessjoni ma tkunx teżisti;
(b) ma twassalx lill-pubbliku jaħseb li l-utent igawdi mill-appoġġ, l-isponsorizzazzjoni, l-approvazzjoni jew il-kunsens ta' kwalunkwe mill-istituzzjonijiet, l-organi, l-uffiċji jew l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa fejn dan ma jkunx il-każ;
(c) ma jsirx b'konnessjoni ma' kwalunkwe għan jew attività li mhux kompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa, jew b 'xi mod ieħor ikun illegali.
Jekk l-użu tal-Emblema Ewropea jkun jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta' hawn fuq, m'hemmx bżonn jintalab permess bil-miktub.
Mhijiex aċċettabbli r-reġistrazzjoni tal-Emblema Ewropea, jew imitazzjoni araldika tagħha, bħala marka kummerċjali jew daqs dritt ieħor ta' proprjetà intellettwali.
Mistoqsijiet marbuta mal-użu tal-Emblema Ewropea jistgħu jiġu diretti lil:
European Commission
Joint Research Centre, Directorate A.4 — Central IP Service
GUIM 5/20
B-1049 Brussels (Belgium)
Posta elettronika: EC-EU-EMBLEM@ec.europa.eu