Regoli

1. Suġġett u għan tal-kwiżż

Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs jistiednek tipparteċipa fi kwiżż fuq Facebook tal-portal L-Ewropa Tiegħek. (http://europa.eu/youreurope). Il-portal jipprovdi informazzjoni prattika dwar il-ħajja, l-ivvjaġġar, ix-xogħol, l-istudju u n-negozju f’pajjiż ieħor tal-UE. Il-kwiżż għandu l-għan li jippromwovi d-drittijiet tal-UE li jgawdu ċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom kif ukoll in-negozji fis-suq uniku.

Il-kwiżż huwa disponibbli fil-lingwi li ġejjin:

Bulgaru: https://your-europe.app.do/eurightsabroadbg
Kroat: https://your-europe.app.do/eurightsabroadhr
Ċek: https://your-europe.app.do/eurightsabroadcs
Daniż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadda
Netherlandiż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadnl
Ingliż: https://your-europe.app.do/eurightsabroaden
Estonjan: https://your-europe.app.do/eurightsabroadet
Finlandiż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadfi
Franċiż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadfr
Ġermaniż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadde
Grieg: https://your-europe.app.do/eurightsabroadel
Ungeriż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadhu
Taljan: https://your-europe.app.do/eurightsabroadit
Latvjan https://your-europe.app.do/eurightsabroadlv
Litwan: https://your-europe.app.do/eurightsabroadlt
Malti: https://your-europe.app.do/eurightsabroadmt
Pollakk: https://your-europe.app.do/eurightsabroadpl
Portugiż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadpt
Rumen: https://your-europe.app.do/eurightsabroadro
Slovakk: https://your-europe.app.do/eurightsabroadsk
Sloven: https://your-europe.app.do/eurightsabroadsl
Spanjol: https://your-europe.app.do/eurightsabroades
Żvediż: https://your-europe.app.do/eurightsabroadsv

2. Tul tal-kwizz

Il-kwiżż se jkun disponibbli bejn il-15 ta’ Ottubru 2018 fid-9.00 (CET) u t-28 ta’ Ottubru 2018 fis-18.00 (CET).

3. Eliġibbiltà għall-parteċipazzjoni fil-kwizz

Il-kwizz huwa aċċessibbli fuq Facebook. Huwa miftuħ għaċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom li għandhom iktar minn 18-il sena. Ċittadini ta’ pajjiżi li mhumiex fl-UE jistgħu jipparteċipaw biss jekk ikollhom residenza legali fi Stat Membru tal-UE. Ara d-dettalji fil-punt 4 tat-Termini u l-Kundizzjonijiet.

Il-parteċipanti jistgħu jilagħbu darba biss.

4. Kif tilgħab il-logħba

Il-logħba hija aċċessibbli fuq Facebook. Il-parteċipanti iridu jwieġbu erba’ mistoqsijiet billi jsibu t-tweġiba t-tajba minn erba’ għażliet proposti, imbagħad ikollhom mistoqsija determinanti. Fil-mistoqsija determinanti, il-parteċipanti jiġu mistiedna jippruvaw jaqtgħu numru. Il-mistoqsijiet huma relatati mal-iskop tal-portal, i.e. id-drittijiet tal-UE li jgawdu minnhom iċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom kif ukoll in-negozji fis-suq uniku. 

Ma hemm l-ebda limitu ta’ ħin biex twieġeb mistoqsija jew biex tlesti l-kwizz

5. Għażla tar-rebbieħa u l-premjijiet

Wara li jkun għadda l-perjodu tal-logħba, l-organizzaturi se joħolqu lista preliminari tal-parteċipanti li wieġbu l-erba’ mistoqsijiet kollha b’mod korrett fl-ordni ta’ kemm it-tweġiba tagħhom għall-ħames mistoqsija (fejn trid taqta’ numru) hi qrib it-tweġiba korretta. Minn dawn il-parteċipanti, it-tlieta li t-tweġiba tagħhom għall-ħames mistoqsija determinanti tkun l-aktar qrib ir-riżultat korrett se jingħataw premju, dment li dawn jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà deskritti fil-punt 3.

F’każ li l-parteċipanti wieġbu l-erba’ mistoqsijiet kollha b’mod korrett u anke n-numru li jkunu qatgħu jkun ukoll qrib ħafna tar-risposta l-korretta, il-klassifikazzjoni tagħhom tiġi bbażata fuq id-data u l-ħin tas-sottomissjoni tat-tweġiba (dawk li jkunu lagħbu aktar kmieni jingħataw il-premju).

L-organizzaturi se jikkuntattjaw lir-rebbieħa bl-email. Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan, il-parteċipanti se jkollhom idaħħlu l-isem u l-indirizz tal-email attwali tagħhom meta jibdew il-logħba. Mhux obbligatorju li tipprovdi l-isem u l-indirizz tal-email, iżda huma dawk biss li jipprovdu din id-dejta li jistgħu jiġu magħżula bħala rebbieħa.

Jekk ir-rebbieħ ma jkunx ipprovda d-dejta ta’ kuntatt, jew ma jweġibx l-email tal-organizzatur fi żmien ħames ijiem ta’ xogħol, jew jirrifjuta l-premju, il-premju jingħata lill-plejer li jmiss skont il-lista. Il-Kummissjoni se tivverifika jekk ir-rebbieħa jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibbiltà deskritti fil-punt 3. Jekk dan ma jkunx il-każ, tiġi magħżula l-persuna li jkun imiss fil-lista.

Ir-rebbieħa se jingħataw premju li jippermettilhom jesploraw il-pajjiżi tal-UE bil-ferrovija:

1. premju: Biljett tal-InterRail Global Pass għal żewġ persuni (validu għal xahar, tat-2 klassi)

2. premju: Biljett tal-InterRail Global Pass għal żewġ persuni (ivvjaġġar fuq 15-il jum fi żmien xahar, tat-2 klassi)

3. premju: Biljett tal-InterRail Global Pass għal żewġ persuni (ivvjaġġar fuq 7 jiem fi żmien xahar, tat-2 klassi)

Ara d-dettalji: http://www.interrail.eu/interrail-passes/global-pass

Ir-rebbieħa magħżula se jintalbu jipprovdu l-organizzaturi b’xi informazzjoni personali tagħhom u tal-persuna magħżula biex takkumpanjahom matul il-vjaġġ sabiex ikunu jistgħu jixtru l-biljetti tal-Interrail. Id-dejta rikjesta u d-dikarazzjoni tal-privatezza jistgħu jinsabu hawnhekk: https://www.interrail.eu/en/terms-and-conditions/privacy-and-cookie-statement ).

Il-premjijiet ma jistgħux jiġu skambjati u ma jistgħux jiġu trasferiti lil terza persuna.

It-tieni persuna li tkun qed tivvjaġġa għandu jkollha iktar minn 18-il sena; inkella irid jingħata l-kunsens bil-miktub tal-ġenituri/tuturi legali.

6. Aċċettazzjoni tar-regoli tal-logħba

Meta jipparteċipaw fil-kwiżż, il-parteċipanti jaqblu li jintrabtu bir-regoli tal-logħba (spjegati f’dan id-dokument) u bit-termini legali ta' Facebook (https://www.facebook.com/legal/terms).