Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

50 sena ta' riċerka

50 sena ta' riċerka
Is-sistema ta' radjo-navigazzjoni satellitari GALILEO se tassigura li jkun hemm kompatibilità mas-sistema preżenti tal-GPS.

12/10/07

Sa mit-twaqqif ta' l-ewwel istitut għar-riċerka fl-1958 (iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka), l-UE tul l-eżistenza tagħha minn dejjem stimulat ir-riċerka u t-teknoloġija. 

Biex jikkompetu mal-bqija tad-dinja, il-pajjiżi ta' l-UE għamlu użu mill-vantaġġi li jgħaqdu l-potenzjal tagħhom – biex b'hekk iwittu t-triq għax-xjenzjati f'pajjiżi differenti sabiex jaħdmu flimkien.

L-Ewropa għandha storja li hija kburija biha ta' skoperti u invenzjonijiet, bi prodotti rivoluzzjonarji, bħal per eżempju l-world wide web, li ġie żviluppat fiċ-Ċentru Ewropew għar-Riċerka Nukleari (CERN)DeutschEnglishfrançais  li huwa bbażat f'Ġinevra.  L-aktar proġetti prolifiċi ta' l-UE jinkludu GalileoDeutschEnglishfrançais - sistema ta' navigazzjoni satellitari li tassigura l-indipendenza Ewropea minn sistemi statali oħra bħal per eżempju l-GPS ta' l-Amerika – u l-proġett tat-teffiegħa tar-rokits ArianeEnglish, li mis-snin 70 taw lill-Ewropa aċċess ħieles lejn l-ispazju.

Il-proġett ta' prominenza għall-attivitajiet ta' riċerka ta' l-UE, il-programm ta' qafas għar-riċerkaDeutschEnglishfrançais (li issa jinsab fis-seba' verżjoni) jipprovdi fondi għar-riċerka u l-attivitajiet għall-iżvilupp f'bosta oqsma tax-xjenza. Fost prijoritajiet oħra insibu li l-Ewropej għandhom jiġu mħeġġa sabiex jibdew karriera fix-xjenza u jqajmu kuxjenza dwar 'x'tista' tagħmel ix-xjenza għalik'. Eżempji ta' proġetti li rnexxew finanzjati mill-UE huma Lejliet ir-riċerkaturiEnglish – fl-avveniment ta' din is-sena kien hemm aktar minn 150 belt involuta madwar l-Ewropa kollha - u l-konkors għax-xjenzjati żgħazagħEnglish.

Aktar taghrif dwar ir-ricerka fl-UEEnglish

50 sena ta' ricerka EwropeaEnglish

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna