|
|
50 sena ta' l-UE - ħarsa lura
|
14/05/07
Jum l-Ewropa għadu kif għadda – din is-sena kien iċċelebrat doppju minħabba għeluq il-50 sena mill-iffirmar tat-Trattat ta' Ruma u t-twelid ta' l-UE. Dan huwa ż-żmien perfett biex inħarsu lura u niskopru mill-ġdid in-nies u l-mumenti li ffurmaw dawn il-50 sena.
Forsi l-ewwel ma jiġuna f'rasna huma missirijietna l-fundaturi , figuri bħal Jean Monnet, Robert Schuman, u Altiero Spinelli, jew forsi l-avvenimenti huma iktar memorabbli.Is-sit web dwar l-Storja ta' l-UE joffri arkivju fi kliem, ritratti u filmati ta' l-aħħar 50 sena eċċellenti.
Per eżempju:
- fl-1979, iċ-ċittadini Ewropej tellgħu l-MEPs direttament għall-ewwel darba, biex dawn ikunu l-vuċi tagħhom fuq livell Ewropew.
- fl-1987 l-ewwel studenti gawdew minn perjodu ta' studju barra minn pajjiżhom bil-programm Erasmus
.
- L-1993 tagħtna t-twelid tas-suq waħdieni - l-akbar suq domestiku fid-dinja industrijali, u l-akbar integrazzjoni introdotta mit-Trattat ta' Maastricht
.
- Fl-1995 il-Konvenzjoni Schengen
wasslet għall-ivjaġġar bla passaport, u
- l-euro wasal fl-2002.
Il-prosperità ekonomika żdiedet hekk kif l-ostakli fil-kummerċ u l-moviment ħieles tneħħew. Id-daqs ta' l-UE kiber ferm fl-2004, meta ssieħbu 10 membri ġodda - u meta l-Bulgarija u r-Rumanija saru membri fl-2007 u wasslu n-numru għal 27.
Vera mxejna mit-Trattat ta' Ruma 'l hawn, u nistgħu nħarsu 'l quddiem lejn aktar kisbiet li għad iridu jsiru.
|
|