Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Tema

Aġenzija ġdida ta' l-UE tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem

Aġenzija ġdida ta' l-UE tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem

24/01/07

Aġenzija Ewropea ġdida kkonċernata bid-drittijiet tal-bniedem għandha tibda tiffunzjona kmieni fl-2007. Ir-rwol ta' l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali ikun li toffri pariri dwar id-drittijiet tal-bniedem lill-istituzzjonijiet u l-pajjiżi ta' l-UE meta dawn ikunu qed ifasslu liġijiet ġodda.

L-aġenzija se tibbaża l-attivitajiet tagħha fuq il-karta tad-drittijiet fundamentali, iffirmata waqt is-samit ta' l-UE f'Nizza f'Diċembru 2000. Din il-karta storika tistipola firxa sħiħa ta' drittijiet ċivili, politiċi u soċjali li huwa ntitolat għalihom kull ċittadin ta' l-UE.

B'kooperazzjoni attiva ma' l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili – l-aktar permezz tal-Forum dwar id-Drittijiet Fundamentali, li huwa entità speċjali maħluqa għal dan il-għan – l-aġenzija ħa tkun responsabbli mill-ġbir ta' l-informazzjoni u d-data, mill-pariri u miż-żieda ta' l-għarfien tan-nies dwar drittijiethom.  

L-aġenzija se tikkumplimenta l-ħidma ta' entità oħra ta' l-UE, l-Osservatorju Ewropew tar-Razziżmu u l-Ksenofobija, li hu bbażat fi Vjenna u li ilu attiv mill-1998.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna