Erasmus
, wieħed mill-aktar programmi ta' suċċess ta' l-UE, din is-sena qed jiċċelebra l-20 anniversarju tiegħu.Il-konferenza ta' l-għeluq
ta' ċelebrazzjonijiet li ilhom għadejjin sena, u li seħħu f'Liżbona bejn l-4-5 ta' Ottubru, ġabru organizzazzjonijiet ta' l-istudenti bħal per eżempju l-unjoni ta' l-istudenti Ewropej
u n-netwerk ta' l-istudenti Erasmus
kif ukoll persuni li jfasslu l-politika minn madwar l-UE kollha.
Imwaqqaf fl-1987, il-programm Erasmus ippermetta lil madwar 1.5m student biex iqattgħu sa sena akkamedika sħiħa barra minn pajjiżhom, b'kollaborazzjoni ma' 2,200 istituzzjoni ta' l-edukazzjoni għolja f'31 pajjiż.Statistiċi riċenti juru li l-mobilità ta' l-istutenti tqajjem l-interess taż-żgħażagħ fl-istudji avvanzati u tgħinhom jiksbu l-impjiegi – min iħaddem iħares lejn l-esperjenza Erasmus bħala vantaġġ!Issa l-programm jimmira li jinvolvi aktar żgħażagħ, billi tiġi ttrattata l-inugwaljanza li tista' iżżomm lill-istudenti l-aktar foqra milli jipparteċipaw.Miri ġodda għandhom l-għan li jwasslu t-total ta' parteċipanti sa mill-bidu tal-programm għal tliet miljuni sa l-2012.
Waħda mill-ogħla prijoritajiet ta' l-UE hija li lil persuni ta' kull età jkun provdut aċċess ekwu u apert għat-tgħalim ta' kwalità tul il-ħajja.Firxa wiesgħa ta' programmi edukattivi
jikkontribwixxu għaċ-ċittadini kollha ta' l-UE, li jinkludu t-tfal, l-għalliema, l-adulti u l-ħaddiema. Ġew allokati madwar €7 biljun għall-2007-2013 sabiex tkun promossa l-edukazzjoni għall-Ewropej u tgħinhom japprofittaw bl-aħjar mod mill-abilitajiet tagħhom.
It-Tagħlim tul il-ħajja - Programmi ta' l-UE