Termini u Kundizzjonijiet

1. Dan il-kwiżż hu organizzat minn ICF Mostra ("Promotur) għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, B- 1049 Brussell, il-Belġju.

2. L-ebda xiri ma huwa neċessarju biex tipparteċipa fil-logħba.

3. Ma ssir l-ebda korrispondenza u kwalunkwe tip ieħor ta’ kuntatti diretti bejn il-Promotur u min jilgħab rigward dan il-kwiżż ħlief mar-rebbieħa dwar l-għażla tagħhom u l-premjijiet.

4. L-impjegati u l-membri tal-familja ta’ impjegati tal-Kummissjoni Ewropea u ta’ ICF Mostra kif ukoll dawk tas-sussidjarji tagħha, il-kumpaniji affiljati u sottokuntratturi jew kwalunkwe persuna oħra marbuta ma’ din il-logħba huma esklużi mill-parteċipazzjoni. Dan japplika wkoll għal persuni li jaħdmu għall-Istituzzjonijiet Ewropej minbarra l-Kummissjoni, jew għal korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom. Il-membri tal-familja għandhom jiġu ddefiniti skont l-Art. 2(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (konjuġi; sieħeb irreġistrat; dixxendenti diretti taħt il-21 sena tal-parteċipant u/jew konjuġi/sieħeb irreġistrat; u l-qraba diretti dipendenti fil-linja axxendenti).

5. Il-Promotur għandu d-dritt li jiskwalifika kwalunkwe parteċipant suspettat b'qerq fi kwalunkwe forma u jneħħi r-riżultati tagħhom mill-bażi tad-dejta tal-parteċipanti. Ma ssir l-ebda korrispondenza dwar din il-kwistjoni.

6. Il-promotur jirriżerva d-dritt li jagħżel rebbieħ alternattiv (bl-istess mod kif speċifikat taħt il-punt 5 tar-Regoli) f’każ li l-promotur ikollu motivi raġonevoli biex jaħseb li parteċipant kiser xi wieħed minn dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.

7. Parteċipant huwa responsabbli għal kwalunkwe spejjeż, taxxi, dazji jew imposti li jsiru bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tiegħu jew jekk jirbaħ il-logħba. Barra minn hekk, il-parteċipant jaqbel u jaċċetta li meta jingħata l-premju għal-logħba, il-parteċipant jista’ jkollu jħallas taxxi, dazji jew imposti oħra inklużi iżda mhux limitati għal kwalunkwe taxxa fuq il-premjijiet eċċ. taħt kwalunkwe liġijiet u regolamenti applikabbli. Il-parteċipant jaċċetta mingħajr kundizzjonijiet li jħallas tali taxxa, dazju jew imposti oħrajn għan-nom tal-parteċipant jew tal-mistieden li jakkumpanjah.

8. Il-premjijiet huma kif iddikjarat u mhumiex trasferibbli u ma jistgħux jiġu skambjati. Ma jiġu offerti l-ebda flus jew alternattivi ta’ kreditu. Jekk minħabba ċirkostanzi barra l-kontroll tal-promotur il-promotur ma jistax jipprovdi l-premju/premjijiet iddikjarat/i, il-promotur jirriżerva d-dritt li jagħti bħala sostitut premju ta’ valur ugwali. Il-premjijiet kollha huma suġġetti għat- termini u l-kundizzjonijiet tal-fornitur tas-servizz rilevanti inkluż fil-premju.

9. Il-parteċipanti u r-rebbieħa jaqblu li dawn jistgħu jintalbu jieħdu sehem f’pubbliċità jew attivitajiet promozzjonali oħra mingħajr kunsens ulterjuri jew pagament kif iddeterminat iktar ’il quddiem mill-promotur. Pubbliċità bħal din tista’ tinkludi l-ismijiet tagħhom.

10. Kwalunkwe informazzjoni personali, inklużi, mingħajr limitazzjoni, l-isem tal-parteċipant, l-indirizz (inkluż il-kodiċi postali) u/jew l-indirizz tal-email ser tintuża biss f’dak li għandu x’jaqsam mal-organizzazzjoni tal-logħob u mhux se tkun żvelata lil xi parti terza. L-avviż legali tal-Kummissjoni Ewropea muri fuq http://ec.europa.eu/geninfo/legal_notices_mt.htm taħt “Avviż legali” japplika għal kwalunkwe proċessar ta’ dejta li jsir b’rabta ma’ dan.

11. Meta jidħol fl-applikazzjoni ta' Facebook, il-parteċipant jaqbel li jintrabat b’dawn it-termini u l-kundizzjonijiet, li jistgħu jiġu emendati jew mibdula fi kwalunkwe ħin mill-promotur.

12. Il-promotur mhuwiex responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' konnessjoni tal-parteċipant meta jipprova jaċċessa l-applikazzjoni ta' Facebook għal kwalunkwe raġuni.

13. Il-promotur taħt l-ebda ċirkostanza, irrispettivament mill-kawża, ma jista' jinżamm responsabbli għal kwalunkwe telf, ħsara jew dannu personali lir-rebbieħ jew lil proprjetà jew inkella kkawżati jew imġarrba b’rabta ma’ din il-Kompetizzjoni jew kwalunkwe premju/premjijiet mogħt/ija b’rabta ma’ dan.

14. Il-promotur taħt l-ebda ċirkostanza ma jista' jinżamm responsabbli għal kwalunkwe dewmien, tibdil, interruzzjonijiet, kanċellazzjonijiet, devjazzjonijiet jew sostituzzjonijiet, nuqqas ta' disponibbiltà tal-premju/premjijiet minħabba festi pubbliċi lokali jew kundizzjonijiet oħra li jaffettwaw id-disponibbiltà jew it-tgawdija tal-premju/premjijiet. Il-promotur ma għandux jinżamm responsabbli għal kwalunkwe nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu minħabba xi diżastru naturali, gwerra ċivili jew kunflitti, ġlied, att minn għedewwa barranin, invażjoni, gwerra, falliment bis-satellita, promulgazzjoni legali, digriet jew regolament tal-gvern jew kwalunkwe kawża oħra lil hinn mill-kontroll tiegħu.

15. L-applikazzjoni ta’ Facebook jista’ jkun fiha links għal siti web (minbarra għall-portal L-Ewropa Tiegħek), riżorsi u kumpaniji ta' riklamar. Il-promotur ma għandhomx jinżamm responsabbli għad-disponibbiltà ta’ dawn is-siti esterni u lanqas ma japprova jew jaqbel li jkun responsabbli għall-kontenut, ir-riklamar, il-prodotti jew materjal ieħor disponibbli fuq jew permezz ta’ tali siti esterni. Il-promotur taħt l-ebda ċirkostanzi ma għandu jinżamm responsabbli, direttament jew indirettament, għal kwalunkwe telf jew dannu kkawżat jew li allegatament ġie kkawżat lil utent f’konnessjoni mal-użu ta’ jew id-dipendenza fuq kwalunkwe kontenut, oġġetti jew servizzi disponibbli fuq tali sit estern. Il-parteċipanti għandhom jindirizzaw kwalunkwe tħassib direttament lill-amministratur jew lill-webmaster tas-sit estern.

16. Il-promotur jirriżerva d-dritt fi kwalunkwe ħin u minn żmien għal żmien mingħajr kwalunkwe obbligu, li jimmodifika jew iwaqqaf, temporanjament jew permanentement dan il-kwiżż b'avviż jew mingħajr avviż minn qabel lill-Parteċipanti.