Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

It-tibdil fil-klima u l-iżvilupp, l-istess ġlieda

It-tibdil fil-klima u l-iżvilupp, l-istess ġlieda

02/11/07

L-edizzjoni ta'  l-2007 tal-Jiem Ewropej ta' l-Iżvilupp se tkun ibbażata fuq il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Deżertifikazzjoni, nixfa, degradazzjoni tal-ħamrija, qerda tal-bijodiversità, propragazzjoni tal-mard, spostament tal-popolazzjonijiet: il-pajjiżi li qed jiżviluppaw se jkunu l-aktar negattivament milquta mit- tisħin fil-klimaEnglish (en)français (fr) .

Il-Jiem Ewropej ta' l-IżviluppEnglishfrançaisportuguês se jinżammu f'Liżbona mis-7 sad-9 ta' Novembru li ġej bit-tema "Il-Klima u l-Iżvilupp: x'tibdiliet?" Se jippermettu lir-rappreżentanti ta' l-Unjoni Ewropea, tan-Nazzjonijiet Uniti, ta' l-Istati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u lil xi organizzazzjonijiet non-governattivi jiltaqgħu matul wirjiet u gruppi ta' diskussjoni, sabiex flimkien isibu xi soluzzjonijiet.

Li jiġi żgurat ambjent sostenibblispanish français huwa wieħed mit-tmien għanijiet tal-Millennju għall-Iżviluppfrançais , li l-pajjiżi Membri tal-ĠM impenjaw irwieħhom li jilħqu minn issa sa l-2015. L-Unjoni Ewropea, li qiegħda fuq quddiem fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fl-għajnuna għall-iżvilupp, għamlet mill-ambjent u l-bijodiversità l-elementi fundamentali tal-politika tagħha ta' kooperazzjoni fl-iżviluppEnglish (en)français (fr) .

F'Settembru li għadda, il-Kummissjoni pproponiet li tagħmel alleanza dinjija għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klimaDeutschEnglishfrançaisNederlands bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Din l-alleanza għandha tippermetti lill-aktar pajjiżi li huma bla difiża kontra t-tibdil fil-klima biex iħejju rwieħhom aħjar kontra l-katastrofri naturali. Il-Jiem Ewropej ta'  l-Iżvilupp se jkunu l-ewwel okkażjoni biex ikun hemm diskussjoni dwar din l-alleanza mal-pajjiżi sħab ewlenin.

Sabiex tkun taf aktar dwar l-azzjoni barranija ta' l-Unjoni Ewropea, żur is-sit tad-DĠ Żvilupp English .

Ipparteċipa fil-Jiem Ewropej ta' l-Iżvilupp

video Il-preservazzjoni tal-bijodiversità tfisser il-ħarsien tal-bniedem

video Il-preservazzjoni tal-bijodiversità tfisser il-ħarsien tal-bniedem

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna