Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Tella' l-Ewropa tiegħek fuq l-internet!

Tella' l-Ewropa tiegħek fuq l-internet!
Studenti f'laboratorju tal-kompjuter

06/07/07

Issa ż-żgħażagħ jistgħu jtellgħu fuq l-internet l-viżjoni tagħhom ta' l-Ewropa permezz ta' websajt ġdida fjamanta.

Iż-żgħażagħ li huma ħerqana  jxandru l-opinjonijiet tagħhom dwar kwistjonijiet Ewropej jistgħu jagħmlu dan permezz tas-sit Radju Web Ewropa English li tnieda dan l-aħħar, fejn dawn jistgħu jaqsmu il-filmati tagħhom bejniethom. L-utenti jistgħu jitfgħu l-materjal tagħhom, bħal vidjows, intervisti, logħob jew cartoons, u jiddiskutu suġġetti jaħarqu, bħall-iżvilupp sostenibbli u l-moviment ħieles madwar il-kontinent.

L-inizjattiva ffinanzjata mill-UE għandha l-għan li tqajjem dibattitu dwar l-Ewropa fost iż-żgħażagħ u, aktar importanti minn hekk hu li tagħtihom leħen. Għandha l-għan li tuża mezzi ġodda ta' komunikazzjoni, bħal per eżempju podcasts awdjoviżivi u radjofoniċi, sabiex l-UE ttiddakkar mill-enerġija tal-ġenerazzjoni żgħażugħa Ewropea.

Radju Web Ewropa ġie ppreżentat mill-organizzazzjoni Taljana Cenasca Cisl bi sħubija ma' seba' organizzazzjonijiet minn seba' pajjiżi ta' l-UE. Dan huwa wieħed mill-proġetti magħżula mill-UE taħt il-pjanijiet tagħha sabiex ittejjeb id-djalogu mal-pubbliku. Proġetti oħra jinkludu:

  • Ewropa, Tkellem! (Moviment Internazzjonali Ewropew, Brussell) English
  • Konsultazzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej (Fondazzjoni King Baudouin, Brussell) English
  • Il-messaġġ tagħna lill-Ewropa (Deutsche Gesellschaft, Berlin) Deutsch .

Wara il-voti negattivi ta' Franza u l-Olanda fir-referenda dwar il-kostituzzjoni, l-UE tinsab ħerqana li tisma' aktar mill-qrib l-opinjonijiet tal-poplu fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet Ewropej.

Għandek xi opinjoni dwar l-Ewropa?

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna