Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

50 sena, 50 kisba

50 sena, 50 kisba

26/03/07

Hekk kif l-UE tixgħel ix-xemgħat għal għeluq il-ħamsin sena tagħha, ta' min niftakru l-vantaġġi li l-għaqda Ewropea ġabet magħha. Xi wħud minn dawn inġabru apposta f'websajt ġdida biex b'hekk tkun tista' faċilment tara liema kienu wħud mill-50 tema li fihom irnexxiet bil-kbir l-Ewropa.

Tiftakar meta l-biljetti ta' l-ajru tant kienu għoljin li xi vaganza barra kienet qisha xi kapriċċ? Jew meta l-ommijiet biss kienu intitolati għall-parental leave? Fil-websajt 50 pass 'il quddiem tista' ddur dawra virtwali fost għadd ta' "kmamar" li juru l-bosta kisbiet varji ta' l-Ewropa.

Fil-kamra l-ħadra, tista' taqra kif l-Ewropa rnexxielha tegħleb l-isfida ta' l-iskarsezzi ta' l-ikel u tiżgura li jkun hemm biżżejjed ikel fis-snin ta' wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Kont taf li l-istrateġija "mill-għalqa sal-mejda" tiċċekkjalek b'mod attiv li kull ma tiekol ikun bla periklu għal saħħtek?

Fil-kamra l-blu, issir taf liema fost il-bajjiet Ewropej huma l-aktar nodfa u liema jissodisfaw l-istandards stretti ta' l-UE dwar il-kwalità ta' l-ilma. Tista' tiskopri wkoll kif l-UE tħeġġeġ id-demokrazija madwar id-dinja billi tgħin ħalli tiżgura li l-elezzjonijiet jittellgħu b'mod ġust.

Fil-kamra oranġjo, hemm is-sigriet dwar it-titjiriet bl-irħis u tagħrif dwar kif tista' tagħmel għażliet intelliġenti rigward liema huma l-aktar linji ta' l-ajru siguri li tista' ssiefer magħhom. U kont taf li mill-2004 'l hawn, m'għandekx aktar għalfejn tħalli warajk il-pet tiegħek kull meta ssiefer? Bis-saħħa tal-passaport ta' l-annimali domestiċi, il-kelb, qattus jew fenek tiegħek jista' jgawdi l-vaganza miegħek ukoll.

Fi kliem il-Viċi-President tal-Kummissjoni Margot Wallström, "Parti mill-istrateġija l-ġdida ta' l-UE dwar il-komunikazzjoni hija li nuru lin-nies kif il-politiki tagħna jaffettwawlhom ħajjithom ta' kuljum." Hi tittama li dawn l-istejjer jagħtu stampa ta' kemm irnexxew affarijiet fl-Ewropa f'dawn l-aħħar ħamsin sena u kemm għad hemm x'jikseb dan il-kontinent.

"50 Pass 'il Quddiem" inħareġ ukoll bħala fuljett stampat. Ordna l-kopja personali tiegħek minn hawn! English

 

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna