Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

UE50: Xi tfisser għall-ġenerazzjoni li tiegħla?

UE50: Xi tfisser għall-ġenerazzjoni li tiegħla?
Żgħażagħ jiffesteġġaw l-Ewropa

18/04/07

Matul din is-sena li fiha qegħdin niċċelebraw l-Ewropa, hemm bosta avvenimenti intiżi biex iħajru liż-żgħażagħ jesploraw, jiddiskutu u jaħsbu dwar xi jfisser għalihom li jkunu Ewropej, u li jħeġġuhom jgħaddu dan il-messaġġ lid-dinja permezz ta' kuntesti, dibattiti u logħob

Matul ix-xahar ta' Marzu, it-tfal, l-adoloxxenti u l-istudenti ta' kull età minn madwar l-Ewropa kollha ddibattew, ikkompetew u lagħbu għall-Ewropa. Imwielda fl-era ta' l-informatika, il-ġenerazzjoni żgħażugħa taqta' figura tajba meta tiġi biex tesprimi ruħha permezz tal-multimedja, u dawk li organizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet ma naqsux li japprofittaw irwieħhom minn dan il-fatt.

Madwar l-UE kollha, żgħażagħ mimlija talent qabdu l-kameras f'idejhom u pproduċew filmati ta' 50 sekonda dwar it-temi Ewropej favoriti tagħhom għall-pjattaforma multimedjali diġitali Europocket TV. L-Estonjani kkompetew f'kompetizzjoni tal-"pocket films" b'filmati qosra miġbuda bil-kameras u mowbajls. Xi timijiet ta' studenti Franċiżi rħewlha "fuq triq it-Trattat ta' Roma English (en) français (fr) ", b'filmati ta' tliet minuti intiżi li jixtarru l-inzjattivi, il-personalitajiet u l-kisbiet Ewropej.

Il-proġett Spanjol “Żmien għaż-żgħażagħ fl-Ewropa English (en) español (es) ”, li jħallat l-ispazji virtwali ma' dawk fiżiċi, qed joffri liż-żgħażagħ ċans biex jesprimu l-viżjoni tagħhom ta' l-Ewropa permezz ta' seminars, attivitajiet teatrali, programmi tar-radju, laqgħat u dibattiti li se jibqgħu sejrin sa tmiem l-2007.

400 żgħażugħ Ewropew minn 14-il pajjiż ta' l-UE ltaqgħu f'Turin u Ruma sabiex jiffesteġġaw flimkien għall-proġett ta' skambju 'the Phoenix'. Il-parteċipanti ħadu sehem f'dibattiti, seminars u diskussjonijiet ma' esperti ta' l-UE, inklużi xi MEPs. Fl-Olanda, iċ-ċittadini żgħażagħ saru membri parlamentari għal jum wieħed u  ddiskutew il-futur ta' l-Ewropa English (en) Nederlands (nl) mad-Deputati Parlamentari Olandiżi. Il-pazjenti ċkejknin ta' l-isptar “La Timone” f'Marsilja ċċelebraw il-50 anniversarju permezz ta' logħob forma ta' kwiżżijiet, filwaqt li r-ristorant ta' l-isptar serva platti minn partijiet differenti ta' l-Ewropa. It-tfal f'Ruma marru bi ħġarhom fil-Mużew tat-Tfal English (en) italiano (it) għal jum speċjali ta' festa.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna