Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Il-logo ta' l-anniversarju

Il-logo ta' l-anniversarju

Dan huwa l-Logo tal-50 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma,Il-logo se jintuża mill-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE għaċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-anniversarju, l-avvenimenti u l-pubblikazzjonijiet. L-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll l-NGOs, in-negozji u ċ-ċittadini huma mistiedna jużaw dan il-logo għal kwalukwe avveniment li jorganizzaw li jkollu x'jaqsam ma' l-anniversarju.

Il-logo huwa disponibbli fi 23 lingwa ta' l-UE kif ukoll fil-verżjoni oriġinali.

Dak li jissimbolizza l-logo

Il-logo ta' għeluq il-50 sena ta' l-UE jinterpreta b'mod grafiku leħen l-Ewropej kollha, speċjalment dak tal-ġenerazzjonijiet il-ġodda. Dawn l-Ewropej ifittxu l-paċi, l-istabbilità u l-prosperità mingħajr ma jneħħu xejn mid-drittijiet tagħhom ta' individwalità u diversità.

Il-kelma "flimkien" tesprimi b'mod sempliċi u immedjat dak li oriġinarjament kien marbut ma' l-idea ta' l-Ewropa:mhux biss politika, flus, jew fruntieri ġeografiċi, iżda fuq kollox kooperazzjoni u solidarjetà.

L-ittri differenti, bl-użu ta' tipa differenti, jesprimu d-diversità fl-istorja u l-kultura Ewropea u jinżammu "flimkien" permezz tat-tifsira tal-kelma nnfisha.

L-użu tal-logo

Il-Komunità Ewropea akkwistat minn għand l-awtur tal-logo id-dritt li tesibixxi u tirripproduċi l-logo mingħajr restrizzjonijiet f'dawk li huma mezzi ta’ komunikazzjoni użati jew in-numru ta' kopji prodotti, fil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Unjoni Ewropea fil-preżent u fil-futur u mingħajr ebda limitazzjoni territorjali;

Partijiet terzi, barra mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE, li jixtiequ jagħmlu użu mil-logo fil-forma u l-lingwi awtorizzati mill-Komunità jistgħu jagħmlu hekk mingħajr ħlas, sakemm jiġu segwiti ċertu kundizzjonijiet.

Niżżel ir-regoli għall-użu tal-logo minn partijiet terzi

Niżżel il-logo u l-gwida grafika

Il-logo l-oriġinali ġieadattat għal 23 lingwa ta' l-UE. Il-manwal grafiku jipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll l-istruzzjonijiet dwar kif tuża l-logo.

Niżżel il-manwal grafiku

Niżżel il-logo f'bosta formati ta' l-immaġni

Il-mod li bih ġie magħżul il-logo

Il-logo għall-għeluq il-50 sena kien magħżul wara kompetizzjoni li involviet 1,701 disinjatur u studenti tad-disinn mill-Istati Membri kollha ta' l-UE.

Skopri aktar dwar il-konkors tal-logo, il-finalisti, it-tliet rebbieħa u ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | Fuq