Politika Ewropea dwar is-Saħħa u l-Konsumatur
Kont taf li l-politika tal-UE dwar is-saħħa u l-konsumatur tolqot ħafna aspetti ta' ħajtek?
Din tkopri s-sigurtà tal-ikel li tiekol, litteralment mill-"għalqa sal-platt", kif ukoll is-sigurtà tal-prodotti li tuża, minn ġugarelli u karozzi sa apparati elettroniċi u għodod Do It Yourself. L-UE tiżgura li d-drittijiet fundamentali tiegħek bħala konsumatur jiġu mħarsa fl-Istati Membri kollha tal-UE u m'għandekx għalfejn tinkwieta meta tixtri minn barra il-pajjiż tiegħek. Barra minn hekk, tippromwovi drawwiet favur is-saħħa u tikkoordina x-xogħol biex tiġġieled kontra l-mard li jittieħed.
Din il-Ħarifa, is-servizz tal-Kummissjoni għas-saħħa u l-konsumaturi qed jiċċelebra l-10 anniversarju tiegħu. Biex titfakkar din l-okkażjoni, nixtiequ nisimgħu mingħandek. Kont taf li l-UE taħdem b'mod attiv fl-oqsma tas-saħħa u l-konsumatur? Taħseb li l-politika tas-saħħa u l-konsumatur għamlet impatt f'ħajtek? Jekk le, x'tixtieqha tagħmel?
Hi x'inhi l-esperjenza tiegħek, dan huwa ċ-ċans li ssemma leħnek u tiddiskuti ma' oħrajn fuq Iddibatti Ewropa.
Useful links
- Kwistjonijiet tal-konsumatur
- Is-sikurezza tal-ikel

- Is-saħħa pubblika

- Saħħa - Portal tal-UE




