Il-Futur ta' l-Ewropa
Nhar it-13 ta' Diċembru 2007, it-Trattat ta' Liżbona ġie ffirmat mill-Kapijiet ta' l-Istati jew tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni. L-għan ta' dan it-Trattat huwa li jagħmel l-Unjoni aktar effiċjenti, aktar demokratika u aktar trasparenti. L-Ewropa se tkun mgħammra aħjar sabiex tagħmel progress u tirreaġixxi għall-isfidi strateġiċi li qed tħabbat wiċċha magħhom i llum. X'se jiġri fil-ġejjieni? Għandna bżonn noħolqu viżjoni għall-futur ta' l-Ewropa. Għandna bżonnok ħalli tħares 'il quddiem u tgħina infasslu l-Ewropa tal-ġejjieni. Kif taħseb li l-UE għandha teżerċita l-kapaċità mtejba għat-teħid ta' deċiżjonijiet? L-UE għandha tkun aktar involuta fix-xena internazzjonali? Liema taħseb huma t-tielet miżuri importanti li fiż-żmien qasir l-UE għandha tipproponi ? Ejjew ilkoll nistħajlu l-Ewropa għall-futur!
Useful links
- It-Trattat ta’ Liżbona
- Is-sit web tas-soċjetà ċivili



- L-istadji ewlenin fir-riforma istituzzjonali ta' l-Unjoni Ewropea

