Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > Kuntatt

Stqarrija dwar il-Privatezza għas-sit tal-web dwar il-50 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma

Int ikkuntattjat lill-Kummissjoni Ewropea. Il-kaxxa postali titmexxa mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'pajjiżek.Jekk jogħġbok innota li t-tagħrif personali dwarek jinġabar biss sa fejn hemm bżonn biex tinkiseb l-informazzjoni dwar l-avveniment li bi ħsiebek tippromwovi fuq dan is-sit. L-informazzjoni personali li tagħżel li tibgħatilna tidher fuq is-sit web. Jekk ikun hemm bżonn ta' aktar dettalji, il-Kummissjoni Ewropea tikkuntattjak u titolbok aktar tagħrif dwar l-avveniment tiegħek.

Min għandu aċċess għall-informazzjoni tiegħek?

Tim ta' uffiċjali tal-Kummissjoni risponsabbli minn din il-kaxxa postali u l-uffiċjal inkarigat mill-ħarsien tal-privatezza fid-Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni għandhom aċċess għall-informazzjoni tiegħek.

Kif inhi prottetta l-informazzjoni tiegħek?

L-informazzjoni li tinġabar permezz ta' din il-kaxxa postali ma tiġi trażmessa lil ħadd barra l-Kummissjoni Ewropea. Fil-Kummissjoni, huma l-uffiċjali inkarigati biss li jistgħu jaċċessaw it-tagħrif u jkunu jeħtieġu ID ta' l-Utent kif ukoll password biex jagħmlu dan.

Kif tista' taċċessa t-tagħrif tiegħek?

Int m'għandek l-ebda aċċess dirett għat-tagħrif maħżun. Jekk tkun tixtieq tibdel jew tħassar xi informazzjoni li tajtna, jew jekk ikollok xi mistoqsija jew rikjesta li tikkonċerna din l-informazzjoni, jekk jogħġbok ibgħat email lir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f'pajjiżek.

Kemm indumu nżommu l-informazzjoni tiegħek?

L-informazzjoni kollha li nirċievu tinżamm mhux aktar minn sena.

Il-bażi legali

Aktar tagħrif dwar l-impenn legali tal-Kummissjoni Ewropea fejn tidħol il-privatezza ta' l-utent tinsab fil-paġna ta' l-avviż legali importanti tagħna.

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna