Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: ‘https://europa.eu/eu-for-children/childrens-voices-on-democracy/ ’.
Ma tapplikax għal kontenut jew siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.
Dan is-sit web hu mmaniġġjat mid-DĠ COMM. Hu mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.
Għandek tkun tista’:
- tkabbar sa 200% mingħajr problemi
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
- tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek).
Dan is-sit web hu ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1 . Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).
Status tal-konformità
Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Livell AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.
Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fid-31 ta’ Ottubru 2024.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni
Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fid-31 ta’ Ottubru 2024.
Id-dikjarazzjoni hi bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn kuntrattur estern inkarigat mill-iżvilupp tas-sit web, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.
Feedback
Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Pubblikazzjoni għal min se jivvota għall-ewwel darba. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:
Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.
Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva
Is-sit web tal-Pubblikazzjoni għal min se jivvota għall-ewwel darba hu mfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin li l-aktar li jintużaw:
- l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
- flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.
Speċifikazzjonijiet tekniċi
L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Pubblikazzjoni għal min se jivvota għall-ewwel darba tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex jaħdmu mal-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-web u kwalunkwe teknoloġija ta’ assistenza jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:
- HTML
- WAI-ARIA
- CSS
- JavaScript
Access keys
L-access keys huma tagħmir ta’ navigazzjoni li jippermettulek tuża u tesplora dan is-sit web billi tuża l-keyboard tiegħek. Tista’ ssib aktar informazzjoni fid-dettall dwar l-access keys fil--Linji gwida ta’ Aċċessibbiltà W3C.
Access keys disponibbli
Dan il-sit juża sistema li tixbah ħafna l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-access keys. I-access key disponibbli hi:
- L - Ibdel il-lingwa
L-użu tal-access keys fi browsers differenti tal-internet
| Browser | Windows | Linux | Mac |
|---|---|---|---|
| Internet explorer | [Alt] + accesskey | Mhux applikabbli | |
| Chrome | [Alt] + accesskey | [Alt] + accesskey | [Control] [Alt] + accesskey |
| Firefox | [Alt][Shift] + accesskey | [Alt][Shift] + accesskey | [Control] [Alt] + accesskey |
| Safari | [Alt] + accesskey | Mhux applikabbli | [Control] [Alt] + accesskey |
| Opera |
Opera 15 jew aktar riċenti: [Alt] + accesskey Opera 12.1 jew eqdem: [Shift] [Esc] + accesskey |
||