Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Dwar  

Merħba għall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2019!  Mid-29 ta’ April sal-5 ta’ Mejju, l-avvenimenti se jseħħu fl-Ewropa kollha taħt it-tema “Jien u d-Demokrazija”. Aħna se nesploraw kif iż-żgħażagħ jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet u jkunu attivi fis-soċjetà.

Ingħaqad magħna fid-diskussjonijiet u fiċ-ċelebrazzjonijiet!

Għaliex “Jien u d-Demokrazija”?

Għax tista’ tinfluwenza d-deċiżjonijiet li jinfluwenzaw ħajtek! Qed noqorbu lejn l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss tat-23-26 ta’ Mejju. Kun ċert li din id-darba tivvota.

Dan għax ukoll li dak li jseħħ bejn l-elezzjonijiet hu ugwalment importanti għal demokrazija biex tirnexxi: li tinvolvi ruħek f’xogħol volontarju, titkellem ma’ dawk li jfasslu l-politika jew issemma’ leħnek b’modi oħra sabiex tattira l-attenzjoni fuq il-kwistjonijiet li huma importanti, sew jekk hu t-tibdil fil-klima kif ukoll il-qgħad fost iż-żgħażagħ.

Id-demokrazija hija valur li nistgħu nieħdu bħala fatt, iżda fl-Ewropa żviluppajna u rawwimniha għal żmien twil. Hi tagħna. Hija l-vuċijiet tagħna. Hija l-kisbiet tagħna. Hija int.

X'inhi l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ?

Kull sentejn, il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ għandha l-għan li tiċċelebra u tippromwovi l-attivitajiet taż-żgħażagħ permezz ta’ avvenimenti organizzati fil-pajjiżi kollha li jipparteċipaw fil-programm Erasmus+. L-attivitajiet popolari li jmiss fuq il-livell nazzjonali, il-Ġimgħa Ewropea għaż-Żgħażagħ se ġġib flimkien iż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk li jfasslu l-politika fl-avveniment Ewropew fi Brussell fil-Parlament Ewropew.

Min jorganizza l-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ?

L-avveniment Ewropew hu organizzat mid-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura tal-Kummissjoni Ewropea bi sħab ma’ Direttorati Ġenerali oħra tal-Kummissjoni Ewropea. Fil-livell nazzjonali, l-organizzazzjoni u l-koordinazzjoni hi fdata f’idejn Aġenziji Nazzjonali tal-Erasmus+ b’kooperazzjoni mill-qrib man-network tal-Eurodesk. 

Kif tieħu sehem f’avveniment Ewropew fi Brussell?

Ir-reġistrazzjoni għall-avveniment tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ ibbażat fi Brussell se tkun disponibbli sas-17 ta’ April 12:00 CEST. Miftuħa għal kulħadd! Il-postijiet huma limitati, għalhekk tħallix għall-aħħar!. Segwi il-kanali tagħna fuq il-media soċjali marbuta maż-Żgħażagħ Ewropej biex tieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-video b’opportunità meraviljuża biex tirbaħ 30 biljett u akkomodazzjoni fi Brussell għall-avveniment Ewropew.

Kif tista’ tieħu sehem fl-avvenimenti qrib tiegħek?

Iċċekkja l-avvenimenti qrib tiegħek fuq din il-paġna u kkuntattja l-organizzatur. L-avveimenti qed jiżdiedu bil-mod il-mod. Jekk ma tarax xi avveniment viċin tiegħek, irritorna aktar tard!

Avvenimenti

1023 Avvenimenti
35 Countries
118363 Participants