Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà
X'inhu l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà?
Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa l-inizjattiva l-ġdida tal-Unjoni Ewropea li toħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex jagħmlu volontarjat jew jaħdmu fi proġetti f’pajjiżhom jew barra pajjiżhom li jkunu jistgħu jgawdu minnhom komunitajiet u nies madwar l-Ewropa.
Iż-żgħażagħ li jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jridu jaqblu u jżommu mal Missjonijiet u l-Prinċipji tiegħu.
Tista’ tirreġistra fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà meta jkollok 17-il sena, iżda ma tistax tibda proġett qabel ma tagħlaq 18-il sena. Il-proġetti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà se jkunu disponibbli għal żgħażagħ sa 30 sena.
Wara li jlestu proċess sempliċi ta’ reġistrazzjoni, il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jistgħu jintgħażlu u jiġu mistiedna jingħaqdu f’firxa wiesgħa ta’ proġetti, bħal ngħidu aħna biex jgħinu jipprevjenu d-diżastri naturali jew jgħinu fil-bini mill-ġdid wara diżastru, jassistu fiċ-ċentri ta’ akkoljenza għal dawk li jfittxu ażil, jew jindirizzaw kwistjonijiet soċjali differenti fil-komunitajiet.
Il-proġetti appoġġjati mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jistgħu jdumu minn xahrejn sa tnax-il xahar. Normalment ikunu fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Aktar informazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà [FAQs]
Interessat?
Jekk inti lest għal din l-isfida, u lest li tiddedika ruħek biex tgħin lill-oħrajn, ingħaqad mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà llum!
Ikklikkja l-buttuna hawn taħt biex tibda l-proċess ta’ reġistrazzjoni. Biex taħmel il-proċess faċli kemm jista’ jkun, tista’ tirreġistra billi tuża kont tal-midja soċjali, jew tista’ toħloq kont permezz ta’ EU Login. Ara l-politika tagħna dwar il-privatezza tad-dejta.
- Il-Missjoni u l-Prinċipji
- Il-benefiċċji li tingħaqad mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà
- Ġabra ta' filmati
- Pubblikazzjonijiet u materjal promozzjonali
- Mistoqsijiet Frekwenti
- Tagħrif għall-organizzazzjonijiet
Teħtieġ aktar informazzjoni?
Ixxerja l-Korp!
Għid lill-ħbieb tiegħek dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà!