Dwar

Int għandek bejn 18 u 30 sena u qed tfittex opportunità biex tgħin lill-komunità usa', fl-Ewropa jew lil hinn minnha?

Tista’ tagħmel dan bil-finanazjament u bl-appoġġ mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li jgħin liż-żgħażagħ jieħdu sehem fi proġetti li huma ta’ benefiċċju għall-komunitajiet, jew f'pajjiż barranin jew f’pajjiżhom stess. 

Dawn il-proġetti joffru esperienjenza ta’ ispirazzjoni u qawwija kif ukoll jagħtuk iċ-ċans li ġġib bidla filwaqt li tiżviluppa l-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek. 

Allura x’tista’ tagħmel?

B’mod ġenerali tista’ tinvolvi ruħek fil- 

Dawn jistgħu jkunu f’firxa wiesgħa ta’ oqsma - edukazzjoni u taħriġ, ċittadinanza u parteċipazzjoni demokoratika, protezzjoni tal-ambjent u n-natura, migrazzjoni, kultura u ħafna oħrajn.  

Kif jaħdem?

Il-finanzjament tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jingħata fil-forma ta’ għotjiet lill-organizzazzjonijiet permezz ta' sejħa għal-proposti. 

Żgħażagħ li jixtiequ li jinvolvu ruħhom f’dawn l-attivitajiet għandhom bżonn jirreġstraw fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà joffri post lil dawk iż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet li jkollhom għotja biex jmplimentaw l-attivitajiet u jsibu lil xulxin.

Min imexxi l-Korp?

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jitmexxa mill-Kummissjoni Ewropea.

Jiġi implimentat fil-post minn varjetà ta’ korpi:

L-aħħar opportunitajiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

L-aħħar aħbarijiet