Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Għodda tal-IT – Portal tal-Organizzazzjoni (PASS)

Dan huwa mfassal biex jgħin lill-organizzazzjoni tiegħek tfittex u tirrekluta parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-attivitajiet li qed tippjana li twettaq.

L-organizzazzjoni tiegħek l-ewwel trid tkun awtorizzata taħt wieħed mill-programmi tal-UE marbutin mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Ladarba tkun ġiet awtorizzata, ħu wieħed minn dawn il-perkorsi li ġejjin biex tibda tuża l-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS), skont il-programm li l-organizzazzjoni tiegħek hija assoċjata miegħu.

  1. L-organizzazzjoni tiegħek għandha Tikketta ta’ Kwalità? Jekk iva, l-istaff (elenkat fid-deċiżjoni li tagħti t-Tikketta ta’ Kwalità) jista’ jaċċessa awtomatikament il-Portal tal-Organizzazzjoni permezz tal-kont tal-EU Login eżistenti tagħhom. L-organizzazzjoni tiegħek tista’ tivverifika liema membri tal-istaff huma elenkati f’din id-deċiżjoni billi tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.
  2. L-organizzazzjoni tiegħek hija akkreditata taħt is-Servizz Volontarju Ewropew (EVS) tal-Erasmus+? Jekk iva, l-istaff (elenkat fl-akkreditazzjoni tal-EVS) jista’ jaċċessa awtomatikament il-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) permezz tal-kont tal-EU Login eżistenti tagħhom. L-organizzazzjoni tiegħek tista’ tivverifika liema membri tal-istaff huma elenkati fl-akkreditazzjoni tal-EVS billi tikkuntattja lill-Aġenzija Nazzjonali tiegħek.
  3. L-organizzazzjoni tiegħek hija ċċertifikata taħt il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE? Ċertifikazzjoni bħal din tfisser li l-istaff (marbut mal-programm tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE) jingħata ukoll awtomatikament aċċess għall-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) permezz tal-kont tal-EU Login eżistenti.
  4. L-organizzazzjoni tiegħek hija awtorizzata taħt xi wieħed mill-programmi assoċjati l-oħra tal-UE? Jekk iva, għandha:

1. tiddeċiedi liema staff għandu jkollu l-permess li juża l-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS)

2. tagħti d-dettalji ta’ dawn il-membri tal-istaff lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li huwa responsabbli għall-programm li l-organizzazzjoni hija assoċjata miegħu

3. tiżgura li kull wieħed minn dawn il-membri tal-istaff ikollu kont tal-EU Login tiegħu stess marbut mal-indirizzi tal-email mogħtija lid-Direttorat-Ġenerali.

L-utenti awtorizzati kollha għandhom imbagħad jaċċessaw il-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) billi jużaw il-kont tal-EU Login tagħhom, li jawtentikahom fis-sistema. 
/!\ /!\ Biex jawtentikaw permezz tal-EU Login, l-organizzazzjonijiet iridu jużaw l-indirizz tal-email marbut mal-akkreditazzjoni tagħhom. 

Gwida tal-Utent u tal-Appoġġ Tekniku tal-Portal tal-Organizzazzjonijiet (PASS)

Għandek bżonn l-għajnuna biex taċċessa jew tuża l-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS)? Iddawnlowdja l-aħħar verżjoni tal-Gwida għall-Utent għall-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS). Alternattivament, illoggja fil-Portal tal-Organizzazzjoni (PASS) u aċċessah direttament.

Aqra l-aktar aħbarijiet reċenti