Skip to main content

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

B’Saħħitna fl-Għaqda.

Young person icon
Jien persuna żagħżugħa

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem, kif tirreġistra, u kif taċċessa l-kont personali tiegħek


Organisation icon
Jien minn organizzazzjoni

Sib aktar informazzjoni dwar kif tieħu sehem u kif taċċessa l-Portal tal-Organizzazzjoni


Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà – Il-Missjoni u l-Prinċipji tagħna

Il-Missjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jgħaqqad liż-żgħażagħ flimkien biex jibnu soċjetà aktar inklużiva, jappoġġjaw lil persuni vulnerabbli u jwieġbu għal sfidi tas-soċjetà. Joffri esperjenza ta’ ispirazzjoni u jagħti s-setgħa liż-żgħażagħ li jridu jgħinu, jitgħallmu u jiżviluppaw.

Il-Prinċipji tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jġorru magħhom ideat, konvinzjonijiet u aspettattivi. L-organizzazzjonijiet parteċipanti jridu jagħtu kas ta’ dawn il-bżonnijiet peress li huma responsabbli li jipprovdu ambjent ta’ rispett u fiduċja fil-post ospitanti. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-inizjattiva jiddedikaw ħafna ħin, enerġija u riżorsi biex jorganizzaw attività ta’ livell għoli; għalhekk għandhom jistennew li l-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà juru l-istess livell ta’ rispett lejn il-komunitajiet lokali u n-nies li huma direttament ikkonċernati mill-attivitajiet.

Dawn il-prinċipji ta’ kondotta ġenerali jqisu l-varjetà kbira ta’ parteċipanti, organizzazzjonijiet u ambjenti potenzjali fejn jistgħu jitwettqu l-attivitajiet. Għandhom jiġu adatti għaċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull attività.

Iż-żgħażagħ li għandhom l-intenzjoni li jingħaqdu mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandhom jaqraw dan id-dokument bir-reqqa. Bħala parteċipant tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, wieħed jaqbel li jżomm ma’ dawn il-prinċipji:

  • il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jħaddnu l-valuri tas-solidarjetà, ir-rispett għad-dinjità umana u d-drittijiet tal-bniedem, u jemmnu fil-promozzjoni ta’ soċjetà ekwa u ugwali fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza;
  • il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jagħmlu l-almu tagħhom biex isaħħu s-solidarjetà bejn in-nies, filwaqt li jirrispettaw il-kulturi u t-tradizzjonijiet tagħhom, u jimmiraw li jibnu komunità ta’ responsabbiltajiet maqsuma u appoġġ reċiproku;
  • il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma lesti li jagħtu kontribut ġenwin lis-soċjetà u juru solidarjetà, kooperazzjoni u ftehim reċiproku;
  • European Solidarity Corps participants must not act in any way that could put others or themselves at risk of being harmed;
  • il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandhom jirrispettaw ir-regoli, l-istruttura organizzattiva u l-prattiki li jirregolaw l-organizzazzjoni ospitanti, filwaqt li jżommu f’moħħhom li dan il-qafas jista’ jkun neċessarju għar-rispett tas-saħħa personali, is-sikurezza u d-dinjità tal-individwi involuti fl-attività. Il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandhom jirrispettaw ukoll ir-regoli fis-seħħ fil-pajjiż ospitanti;
  • il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandhom dejjem jingħaqdu b’għażla volontarja, u huma liberi li jirriżenjaw mill-inizjattiva. Għandhom id-dritt li jirrifjutaw jew jaċċettaw kwalunkwe offerta ta’ kollokament tal-Korp mingħajr ma jaffettwaw iċ-ċans tagħhom li jirċievu offerti oħrajn fil-futur;
  • il-parteċipazzjoni fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ma tinvolvix pagament ta’ miżati;
  • fit-tmiem tal-kollokament tagħhom, il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huma intitolati li jirċievu ċertifikat tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li jikkonferma l-parteċipazzjoni fl-attività;
  • meta jaċċettaw kollokament għal attività ta’ volontarjat, il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se jiffirmaw Kuntratt ta’ Solidarjetà mal-organizzazzjoni parteċipanti, bid-dettalji tal-kundizzjonijiet tal-attività tagħhom, f’konformità mal-prinċipji tal-Karta tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Għal attività okkupazzjonali, il-kuntratt tax-xogħol se jservi skop simili;
  • qabel il-bidu tal-attività u matulha, il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se jirċievu informazzjoni ċara dwar il-kompiti li se jwettqu u, fejn xieraq, it-taħriġ u l-appoġġ lingwistiku adegwat.