Skip to main content
© European Union, 2021 © European Union, 2021

Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ dalwaqt magħna! Ingħaqad magħna u ejjew niddiskutu flimkien!

L-aħħar aġġornament sar fi L-Erbgħa, 19/05/2021

Tixtieq taqsam l-opinjoni tiegħek dwar suġġett importanti għalik? Ftakar id-data u mmarka l-jiem mill-24 sat-30 ta’ Mejju 2021 fil-kalendarju tiegħek.

Ejja u esplora l-avvenimenti fejn tista’ tiskopri u tiddiskuti dak li rridu nagħmlu biex noħolqu soċjetà iktar inklużiva; nipproteġu l-ambjent tagħna aħjar jew sempliċiemnt kif insiru iktar attivi sabiex nieħdu l-ewwel pass lejn futur aħjar għalina lkoll. It-tema ewlenija tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ hija “Il-futur tagħna f’idejna”. X’jista’ jkun ir-rwol tiegħek f’dan? Il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ se tippermettilek tiddiskuti dawn is-suġġetti rilevanti kollha. 

Tista’ tiltaqa’ mal-pari tiegħek u toħroġ b’ideat innovattivi biex tqiegħdhom fil-prattika. Is-suġġetti ewlenin li se jiġu diskussi matul din il-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ jinkludu l-parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà, inkluża d-dimensjoni diġitali tagħha; l-inklużjoni u d-diversità; it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-ambjent u s-sostenibbiltà; is-saħħa u l-irkupru. Tinteressak?

Titlifx iċ-ċans! Aħtaf l-opportunità biex issemma’ leħnek dwar kawża notevoli!

Se tidħol għaliha? Iċċekkja l-paġni tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2021 biex issir taf aktar u tieħu sehem fl-attivitajiet u fl-avvenimenti.