Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Ir-riżorsi tad-diversità kulturali mas-SALTO

Mal-isfondi, it-tradizzjonijiet u l-lingwi differenti kollha fl-Ewropa, hemm ukoll diversità ta’ kulturi. SALTO joffrilek riżorsi, informazzjoni u korsijiet ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw id-diversità kulturali.

Id-Diversità Kulturali SALTO tagħtik l-għodda, il-metodi, il-materjali u l-links relatati mat-taħriġ, it-tagħlim, u r-riżorsi f’diversi temi tad-diversità kulturali. Bħalma huma:

  • Ir-Roma, li għadhom wieħed mill-aktar gruppi ta’ minorità żvantaġġjati fl-Ewropa u li qed jiffaċċjaw l-ogħla rati ta’ qgħad, l-aktar livelli baxxi ta’ edukazzjoni, il-faqar fuq firxa wiesgħa, u l-esklużjoni soċjali.
  • L-edukazzjoni għall-paċi u l-immaniġġar tal-konflitti, li hi kwistjoni importanti minħabba l-qagħda politika u soċjali mal-Ewropa kollha.
  • Il-kompetenza interkulturali, li hi kapaċità utli għall-ħajja u x-xogħol.
  • Id-djalogu interkulturali u interreliġjuż, li għandu l-għan li jkun hemm skambju ta’ opinjonijiet miftuħ u rispettabbli bejn individwi u gruppi ġejjin minn ambjenti u tradizzjonijiet etniċi, kulturali, reliġjużi u lingwistiċi differenti.
  • L-inklużjoni tal-minoritajiet kulturali, li hi ta' benefiċċju kbir jekk il-ġruppi ta' maġġoranża u ta' minoranza jkunu jistgħu jaqsmu u jiskopru l-kulturi ta' xulxin b'mod ugwali.

Tista’ wkoll issib appoġġ biex tiżviluppa l-proġetti u t-taħriġ tiegħek fil-qasam tad-diversità kulturali. Iċċekkja x’hemm ippjanant bħala Attivitajiet għad-Diversità Kulturali u ibda aħdem!

 

X'inhi?

SALTO bl-Ingliż tfisser Appoġġ, Tagħlim Avvanzat u Opportunitajiet għat-Taħriġ. Dan hu netwerk ta’ tmien Ċentri ta’ Riżorsi li jaħdmu f’oqsma prijoritarji Ewropej fil-qasam taż-żgħażagħ, li jappoġġa l-programm tal-Kummissjoni Ewropea Żgħażagħ fl-Azzjoni [internal link]. Id-Diversità Kulturali tas-SALTO hi waħda minn dawn iċ-ċentri.

 

 

 

Riżorsi:

Il-patrimonju kulturali Ewropew [internal link]

Ewro-Med ilaqqa’ flimkien liż-żgħażagħ [internal link]

It-Tqabid tal-UE mad-Diskriminazzjoni

ENAR - In-Netwerk Ewropew Kontra r-Razziżmu

Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO

Pubblikat: Erb, 06/05/2015 - 16:38


Tweet Button: 


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!