Il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin

Skont in-Nazzjonijiet Uniti it-traffikar tal-bnedmin hu t-tieni l-akbar sors ta' profitt tal-kriminalità organizzata wara n-negozju tad-drogi.
Aqra dwaru
Biex tieħu idea tal-iskala tal-problema, aqra l-istripp komiku tal-Kunsill tal-Ewropa You’re Not For Sale. L-istejjer ta' Talina, Fabia, Yvo, Anna u Sofia juru l-forom kollha ta' sfruttar. Il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin saret waħda mill-prijoritajiet tal-Kunsill tal-Ewropa.
Aktar infomrazzjoni dwar it-traffikar min-NU
Iftaħ għajnejk
Il-kampanja Open your eyes turik kif it-traffikar tal-bnedmin jinsab iktar qrib tiegħek milli taħseb, speċjalment it-traffikar tal-bnedmin għall-isfruttament tax-xogħol.
Il-jum kontra t-traffikar
Il-jum tal-UE kontra t-traffikar isir kull sena fit-18 ta' Ottubru. Ma titħajjarx tinvolvi ruħek? Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Direttiva ġdida biex tiżgura protezzjoni aħjar u tipprovdi iktar għajnuna lill-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin bl-għan li tipprevjeni reati bħal dawn.
Pubblikat: Erb, 08/05/2013 - 11:18
Links relatati
Info for young people in the western balkans