Xogħol maż-żgħażagħ fl-Ewropa tal-Lvant

Min huma AEGEE Ewropa?
L-ikbar organizzazzjoni interdixxipplinarja taż-żgħażagħ fl-Ewropa, li tgħaqqad 13,000 student minn sfondi kulturali differenti minn 40 pajjiż Ewropew differenti.
Kif tista' tingħaqad magħhom?
Biex issir parti mill-Eastern partnership project, trid issir membru ta' AEGEE permezz tal-grupp lokali tiegħek. Il-membri tat-tim tal-Eastern Partnership jintgħażlu skont il-bżonnijiet tal-proġett; m'hemmx għalfejn ikollok ħafna esperjenza bħala membru ta' AEGEE. Żomm għajnejk miftuħin għal proġetti u attivitajiet interessanti.
Jiem ta' Azzjoni tal-Eastern Partnership
Jekk tixtieq tagħti l-kontribut tiegħek għall-Eastern Partnership Project, iżda m'hemm l-ebda pożizzjoni għalik, tista' torganizza jum ta' azzjoni inti stess. L-idea hi li ż-żgħażagħ mill-Ewropa kollha jsiru jafu dwar ir-realtà tal-ħajja fil-pajjiżi tal-Eastern Partnership – iżda tista' tiddeċiedi int stess kif se torganizza l-jum – b'dibattiti, diskussjonijiet madwar mejda, preżentazzjonijiet, laqgħat ma' studenti minn pajjiżi speċifiċi, lectures mill-università u oħrajn.
Sfond
L-Eastern Partnership project hu appoġġat mill-Programm ta' Azzjoni taż-Żgħażagħ tal-UE, l-Azzjoni 3.1, li jiffoka fuq il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien u jiftaħ orizzonti ġodda għaż-żgħażagħ Ewropej.
Bħala parti mill-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni, l-Eastern Partnership Youth Window tipprovdi aktar opportunitajiet għall-kooperazzjoni bejn iż-żgħażagħ, il-ħaddiema żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Eastern Partnership billi tipprovdi aktar fondi.
Pubblikat: Tli, 07/05/2013 - 09:36
Links relatati
Info for young people in the western balkans