Intraprendituri żgħażagħ – ibda n-negozju tiegħek

L-intraprenditorija tfisser li tittrasforma l-ideat tiegħek f'azzjoni. Dan ifisser xogħol iebes u ħerqa għal riskju kkalkulat.
Il-fattur ewlieni hu l-innovazzjoni – l-iżvilupp ta' prodotti jew servizzi ġodda li ħadd qatt ma jkun ipprovda qabel, jew f’postijiet fejn ma jinstabux.
Aqbad idea li tiġik, tkun kemm tkun fiergħa. Imbagħad tkun tista' tirfina l-ħsieb tiegħek, tiddiskuti ma' ħaddieħor, u tibda tiżviluppa pjan tan-negozju – dokument strutturat li jiddeskrivi l-għanijiet tiegħek u kif tixtieq tiksibhom.
U naturalment m'għandekx għalfejn tagħmel dan kollu waħdek – tista' tibda negozju ma' sħabek, il-kollegi jew il-membri tal-familja tiegħek. Jagħmel sens ukoll li tingħaqad ma' nies li għandhom ħiliet u esperjenzi ta' negozju differenti minn tiegħek.
Informazzjoni prattika u pariri
Sib jekk l-intraprenditorija hix tajba għalik permezz ta' Entrepreneur Envoy.
Jekk in-negozju tiegħek diġà stabbilit, in-Netwerk Enterprise Europe jista' jgħinek tisfrutta mis-suq Ewropew.
It-taħriġ u l-għajnuna
Għandek bżonn l-għajnuna biex tibda? L-akkademja i-genius toffri korsijiet u taħriġ onlajn.
Pubblikat: Tne, 22/04/2013 - 11:20
Links relatati
Info for young people in the western balkans