Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

10 modi kif tispikka fuq LinkedIn

Li turi l-aspetti li inti tajjeb/tajba fihom u li tkun intelliġenti dwar dak li għandek tenfasizza huma l-qofol għal profil LinkedIn li jolqot l-għajn. Dawn huma għaxar pariri biex jgħinuk tispikka:

 

  1. Żid ritratt tal-profil tiegħek. Fir-ritratt tal-profil LinkedIn tiegħek għandek tkun tidher fl-aqwa tiegħek professjonalment. Żomm l-ilbies tiegħek relattivament formali, u inkludi biss rasek u spallejk, u tinsiex tidħak!
     
  2. Agħmel it-titolu ewlieni tiegħek deskrittiv Ibdel it-titolu ewlieni prestabbilit ta’ LinkedIn (li juri t-titolu tal-impjieg preżenti tiegħek) b’wieħed iktar deskrittiv.Pereżempju, minflok “Maniġer għall-Kummerċjalizzazzjoni” ipprova “Professjonista b’esperjenza fil-kummerċjalizzazzjoni u l-komunikazzjoni”.
     
  3. Aġġorna l-link tal-profil tiegħek. Agħti xeħta professjonali lill-profil tiegħek billi taġġorna l-URL tiegħek għall-profil personali tiegħek fuq LinkedIn - li normalment jinkludi serje ta’ ittri u numri - għal linkedin.com/in/ismek. Tista’ ssib din l-opzjoni billi tikklikkja fuq ir-ritratt żgħir tiegħek stess fl-istrixxa tal-menu fil-parti ta’ fuq nett tal-paġna u tmur fuq View profile > Edit public profile and URL (Ara l-profil > Editja l-profil u l-URL).
     
  4. Ikteb sommarju konċiż. Imbagħad, l-impjegaturi se jaqraw sommarju tal-profil tiegħek. Kun żgur li dan ikun jinkludi l-iktar informazzjoni importanti li tixtieq taqsam ma’ ħaddieħor, wisq probabbli jkunu l-kwalifiki uniċi tiegħek, l-esperjenza ewlenija tax-xogħol u l-mod ta’ kif tiġi kkuntattjat/a.
     
  5. Enfasizza l-ħiliet rilevanti tiegħek. LinkedIn iħallik telenka sa 50 ħila. Agħti ħarsa lejn il-listi għat-tip ta’ impjieg li int interessat fih biex tara liema ħiliet jenfasizzaw u mbagħad kun żgur li telenka dawk il-ħiliet fil-profil tiegħek.
     
  6. Uri s-suċċessi fil-karriera. Meta żżid deskrizzjoni għal kull impjieg tiegħek, tniżżilx biss ir-responsabbiltajiet. Minflok iffoka fuq il-kisbiet u s-suċċessi tiegħek f’dawk l-impjiegi - ħadt xi promozzjoni? Mexxejt xi kampanja ta’ suċċess?
     
  7. Ikkonnettja u agħmel netwerk. Ibda ibni netwerk professjonali billi żżid il-kuntatti eżistenti tiegħek, imbagħad kabbru billi tfittex nies li jaħdmu fl-industrija tiegħek. Meta tibgħat talba lil xi ħadd biex jikkonnettja miegħek, żid nota personali.
     
  8. Iġbor rakkomandazzjonijiet Jekk tista’, itlob rakkomandazzjoni waħda minn kollega jew minn superviżur minn kull impjegatur tiegħek. Jekk ħdimt biss f’kumpanija waħda jew tnejn, itlob lil diversi kollegi biex jiktbu rakkomandazzjoni f’ismek.
     
  9. Involvi ruħek man-netwerks professjonali tiegħek. LinkedIn jippermettilek tingħaqad ma’ gruppi li jiffokaw fuq kwalunkwe kamp professjonali. Involvi ruħek ma’ dawk il-gruppi billi tikteb posts, tikkummenta u tiskambja l-kontenut tagħhom. Il-gruppi huma wkoll il-postijiet ideali biex tikkonnettja ma’ iktar nies u żżidhom man-netwerk professjonali tiegħek.
     
  10. Żid links u mezzi oħrajn. Jekk kont involut/a f’xi kampanja b’xi vidjow jew inti awtur ta’ xi pubblikazzjonijiet, agħmel link għalihom fil-profil tiegħek. Jekk għandek sit web jew portafoll li juri x-xogħol tiegħek online, agħmel link għalihom ukoll idealment fi ħdan it-titolu ewlieni jew is-sommarju tiegħek.
     

Qed tfittex modi oħra ta’ kif tispikka mill-folla u ttejjeb l-opportunitajiet ta’ impjieg tiegħek? Ara l-aħjar pariri tagħna biex tikteb ittra ta’ introduzzjoni li tħalli impatt, tissimplifika s-CV tiegħek u biex tgħaddi mill-intervista tiegħek.

Pubblikat: Tli, 27/11/2018 - 16:33


Tweet Button: 

Links relatati


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!