Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Studju ta' Erasmus+ dwar il-mobilità - għamilha esperjenza saħansitra aħjar

© shutterstock.com - Petrenko_Andriy
Erasmus+ jagħti opportunitjiet liż-żgħażagħ biex jgħaddu żmien barra pajjiżhom u jwessgħu l-orizzonti tagħhom. Hawnhekk issib xi pariri u blogs miktuba mill-istudenti ta' Erasmus+.

Qabel titlaq

Skont il-programm tal-istudju ta' Erasmus+ dwar il-mobilità, tista' tqatta' bejn 3 xhur u 12-il xahar f'istituzzjoni ta' edukazzjoni għolja fi kwalunkwe pajjiż parteċipant. Jekk nieqes mill-ideat, agħti ħarsa lejn iAgora għal analiżi tal-universitajiet fl-Ewropa (u l-bqija tad-dinja) u l-feedback tal-istudenti.

 

Jekk intgħażilt għal skambju ta' Erasmus+, ibda pprepara billi titkellem ma' studenti mill-università tiegħek li diġà studjaw fl-istess istituzzjoni. Tista' wkoll taqra l-blogs ta' studenti oħrajn fuq Blog-Erasmus.eu u Erasmusu.

 

Forsi jinstema' ovvju, iżda tinsiex tkun żgur li għandek fejn toqgħod! Għal pariri dwar akkomodazzjoni għal żmien qasir (hostels, sublets, eċċ), ikklikkja hawn.

 

Meta tasal

Agħmel ħbieb kemm tista'! Probabbli jkun hemm kafetterija jew klabb ta' Erasmus qrib l-istituzzjoni fejn tkun qed tistudja. Ħafna drabi dawn jorganizzaw avvenimenti biex jilqgħu lill-istudenti u attivitajiet oħra – mod tajjeb kif issir taf lil sħabek l-istudenti l-oħra qabel ma tibda tistudja. In-Netwerk tal-Istudenti Erasmus (ESN) lokali jista' jgħinek biex tintegra fil-ħajja akkademika u soċjali, kif ukoll jagħtik pariri prattiċi dwar kif tgħix fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.

 

Agħmel l-aħjar tiegħek biex titgħallem il-lingwa tal-lokal u ttejjeb dak li diġà taf. Tkellem man-nies tal-lokal u sir af studenti oħrajn fil-klassi tiegħek. Xi universitajiet jorganizzaw "tandems" (skambji tal-lingwa) bejn l-istudenti b'ilsna differenti ta' minn fejn ġejjin. Hemm opzjonijiet oħrajn fosthom il-pjattaforma Polyglotclub u l-korsijiet tal-lingwa permezz tal-appoġġ lingwistiku onlajn ta' Erasmus+.

 

Madankollu l-programm Erasmus+ mhuwiex biss opportunità biex tiddeverti u tagħmel ħbieb ġodda. Trid ukoll taħdem kemm tista' qisek għadek f'pajjiżek.

 

Aqra pariri oħrajn u staqsi mistoqsijiet dwar l-esperjenza ta' studju Erasmus+ fuq Third Year Abroad.

Pubblikat: Ħam, 26/11/2015 - 12:10


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!