Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Tixtieq tiġi tistudja fl-Ewropa?

© shutterstock.com - Tom_Wang
© shutterstock.com - Tom_Wang
Aħjar tagħmel daqsxejn riċerka! Ibda billi tiċċekkja l-informazzjoni fuq is-siti web magħżula hawn taħt li jiggwidawk tagħżel il-pajjiż, l-università, il-programm u l-boroż ta’ studju possibbli.

 

Studju fl-Ewropa?

 Dan is-sit web juri universitajiet u kulleġġi, miżati għat-tagħlim u programmi ta’ baċellerat u master’s f’kull pajjiż Ewropew. Minħabba li l-istudju f'pajjiż ieħor jirrikjedi wkoll li tippjana l-baġit tiegħek, tista’ wkoll tqabbel il-pajjiżi abbażi ta’ miżati għat-tagħlim għal studenti tal-UE u dawk mhux tal-UE.

 

Portali ta’ studju

 Din il-pjattaforma għandha l-għan li ġġib it-trasparenza għall-ħafna opportunitajiet ta’ studju fl-Ewropa u lil hinn minnha. Tista’ tfittex għal programmi ta’ baċellerat, master's u PhD fil-qasam li jinteressak, minn bażi tad-dejta li fiha eluf ta’ programmi. Tista’ wkoll tibbrawżja l-bażi tad-dejta skont il-pajjiż biex tara liema studji huma offruti fil-qasam ta’ interess tiegħek.

 

U-Multirank

 Ma tafx fejn se tmur tistudja? Dan is-sit web jgħinek issib università li taqbel max-xewqat tiegħek: qabbel l-universitajiet fuq l-infiq tar-riċerka, l-orjentazzjoni internazzjonali u d-daqs, pereżempju, jew esplora l-profil ta’ università speċifika fejn qed taħseb li tmur tistudja. Barra minn hekk, tista’ tiċċekkja waħda mill-klassifikazzjonijiet lesti biex tara kif l-università potenzjali futura tiegħek tiskorja fuq diversi kriterji.

  

Aqra aktar dwar kif tapplika biex tistudja fl-Ewropa u ħu parir dwar kif tagħżel kors fil-Portal dwar l-Istudju fl-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea. U jekk tixtieq tkun taf liema dokumenti huma meħtieġa biex tidħol fil-pajjiż li għażilt, iċċekkja l-Portal dwar l-Immigrazzjoni tal-UE għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-viża.

 

L-istudju f’pajjiż barrani hu esperjenza sabiħa u m'hemmx bżonn li jiżbursjak! Fittex boroż ta’ studju fil-qasam li jinteressak tistudja u jista’ jkollok il-miżati parzjalment jew kompletament imħallsin. Kull ma fadal hu li taqbad tippakkja!

 

 

Pubblikat: Erb, 18/03/2015 - 17:05


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!