Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

"The European Sting" - kun aġġornat ma' x'qed jiġri fil-politika Ewropea

X'qed jiġri fil-politika Ewropea? X'impatt għandhom id-deċiżjonijiet tal-UE fuq l-Ewropa u l-bqija tad-dinja? "The European Sting" joffri ħarsa ġenerali wiesgħa fuq dawn it-temi.

"The European Sting", b'xejn onlajn, hi gazzetta politika ġdida demokratika u indipendenti li tiffoka fuq l-affarijiet Ewropej.

 

"The European Sting", li ġiet imwaqqfa u hi mmexxija minn esperti dwar l-affarijiet tal-UE, hi unika għax hi indipendenti. L-artikli tagħha huma aktar dettaljati minn dawk li ssib f'gazzetti oħrajn u huma mfassla b'mod biex tkun tista' tifhem b'mod aktar wiesa' kwistjonijiet kumplessi. Ifittxu li jippreżentaw il-fatt b'mod oġġettiv kemm jista' jkun.

 

It-temi jinkludu l-politiki tal-UE, l-ekonomija, l-affarijiet barranin, in-negozju u l-ICT.

 

"The European Sting" għandha l-għan li tippermetti liċ-ċittadini tal-UE jidħlu f'djalogu għal Ewropa aħjar – djalogu li jkun kemm kostruttiv kif ukoll kritiku. Bħala qarrej, tista' tippubblika stejjer kritiċi u tesprimi l-opinjonijiet tiegħek b'mod liberu. Tista' wkoll tieħu sehem f'dibattiti prinċipali permezz tal-midja soċjali.

 

Links relatati

The Sting fuq Youtube

The Sting fuq Facebook

The Sting fuq Twitter

Pubblikat: Ġim, 20/11/2015 - 14:19



Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!