Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Kif jiġu involuti ż-żgħażagħ f’Ewropa inklużiva?

EU Youth Conference
Biex iwieġbu din il-mistoqsija aktar minn 200 żagħżugħ/a u persuni li jfasslu l-politika mill-Ewropa kollha ltaqgħu fil-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f’Malta (20-23 ta’ Marzu 2017) u żviluppaw pjan ta’ azzjoni konkreta biex jintuża mill-Istati Membri.

Għal perjodu ta’ 18-il xahar aktar minn 65 000 żagħżugħ/a Ewropew/a qalu dak li jaħsbu dwar il-politika taż-żgħażagħ fid-Djalogu Strutturat. Il-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ ikkonkludiet dan id-djalogu bejn dawk li jfasslu l-politika u ż-żgħażagħ iffokat matul it-Triju ta’ Presidenzi kurrenti fuq it-tema “Il-possibbiltà għaż-żgħażagħ kollha li jinvolvu ruħhom f’Ewropa diversa, konnessa u inklużiva: Lesti għall-Ħajja, Lesti għas-Soċjetà”.

 

Xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet maħruġin f’Malta jinkludu suġġerimenti dwar l-organizzazzjoni ta’ festivals għaż-żgħażagħ għall-involviment Ewropew fil-livelli lokali u nazzjonali, inkluż kapitlu dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ u l-ispazji għaż-żgħażagħ fir-rapport dwar iż-Żgħażagħ tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi klassijiet b’ħiliet għall-ħajja fil-kurrikula tal-iskola u l-iżvilupp tal-kits għall-ewwel għajnuna għall-iżvilupp mentali.

 

Hawnhekk tista’ tara l-lista sħiħa tar-rakkomandazzjonijiet.  Agħti daqqa t’għajn lejn l-ambjent tal-Konferenza:

 

 

Sal-aħħar tal-Presidenza Maltija, il-pjan se jitqassam lill-partijiet ikkonċernati kollha. 

Pubblikat: Erb, 20/12/2017 - 12:06


Tweet Button: 

Links relatati


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!