Aħna, l-Arti u l-Komunità
X'jiġri meta ż-żgħażagħ itellgħu wirja tal-arti biex jesprimu l-ideat u l-opinjonijiet tagħhom fuq temi relatati mal-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni u l-identità?
Us, Art and the Community kienet inizjattiva taż-żgħażagħ appoġġata minn Żgħażagħ fl-Azzjoni. L-inizjattiva kienet immexxija minn grupp ta' 6 żgħażagħ miż-żona ta' Mayfield f'Cork City, l-Irlanda, li kellhom ftit rabtiet ma' servizzi taż-żgħażagħ.
Il-parteċipanti kellhom bejn 15 u 17-il sena. Mhux kollha kienu għadhom qed jistudjaw. Żewġ membri tal-grupp kienu ġejjin minn komunità tar-Roma u kellhom mistoqsijiet dwar l-identità tagħhom li xtaqu jesploraw. Iż-żgħażagħ ħarsu lejn bosta temi inklużi s-saħħa, l-ambjent, il-parteċipazzjoni, l-identità u l-ispirtu ta' tim.
Pubblikat: Ġim, 12/04/2013 - 11:08
Links relatati
Info for young people in the western balkans