Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

© fotolia.com - Oscar Espinosa

Abbuż onlajn - ġieli esperjenzajtu?

Ħafna minna jgħaddu parti mill-ġurnata onlajn - nużaw il-midja soċjali, nibagħtu messaġġi lil sħabna, naraw it-TV jew infittxu informazzjoni għall-iskola jew ix-xogħol. Imma x'jiġri jekk tispiċċa l-mira ta' abbuż onlajn?

Il-Moviment No Hate Speech hu kampanja taż-żgħażagħ li tinkoraġixxi liż-żgħażagħ jiġġieldu għad-drittijiet tal-bniedem u kontra d-diskors ta' mibegħda onlajn (eż. ir-razziżmu, l-omofobija u s-sessiżmu u tipi oħra ta' bullying ċibernetiku).

 

L-idea, li nħolqot mill-Kunsill tal-Ewropa, hi li jintuża l-web stess kontra l-abbuż onlajn. Il-moviment għandu l-għan li jqajjem sensibilizzazzjoni dwar id-diskors ta' mibegħda fost iż-żgħażagħ, u jgħallimhom kif jindunaw li d-drittijiet tal-bniedem ta' persuna jkunu qed jiġu miksura, u jgħinuhom jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem tagħhom u ta' persuni oħrajn.

 

Rapport mill-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali tal-UE juri li l-gruppi minoritarji (inklużi l-komunità Roma, l-persuni LGTBI u l-migranti) huma l-aktar miri frekwenti tat-tipi kollha ta' reati ta' mibegħda, inkluż l-abbuż onlajn. Min jabbuża jieħu vantaġġ mill-anonimità apparenti tal-komunikazzjoni onlajn.

 

Ara l-vidjow uffiċjali tal-kampanja:

 

 

Kif tista' tgħin?

Tista' tagħmel dawn il-5 affarijiet biex tappoġġa l-moviment No Hate Speech:

 

  1. Applowdja messaġġi li tkun ħloqt kontra diskors, stampi, vidjows u kontenut ta' mibegħda.

 

  1. Kont xhud jew vittma ta' abbuż onlajn? Irrappurtah billi tibgħat il-link lil Hate Speech Watch, pjattaforma li nħolqot biex timmonitorja d-diskors ta' mibegħda onlajn.

 

  1. Aqra l-blog nohatespeech. Dan jgħidlek dwar avvenimenti li jkunu ġejjin u modi kif tista' tinvolvi ruħek. Tista' wkoll issegwi nohatespeech fuq Facebook jew Twitter.

 

  1. Iffirma l-petizzjoni biex tistabbilixxi Jum Ewropew għall-Vittmi ta' Reati ta' Mibegħda fit-22 ta' Lulju.

 

  1. Organizza avveniment biex tappoġġa l-Jum Ewropew għall-Vittmi ta' Reati ta' Mibegħda fit-22 ta' Lulju 2016 fi skola, grupp taż-żgħażagħ, jew post pubbliku biex tqajjem kuxjenza dwar il-reati ta' mibegħeda li seħħew fil-komunità tiegħek jew f'pajjiżek.

 

Links relatati:

Proġetti ta' immeppjar għall-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda onlajn