Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

© fotolia.com - ra2 studio

Xi jfisser tkun żagħżugħ illum fl-UE?

Iż-żgħażagħ fl-UE kollha għandhom ħajjiet simili? Ir-relazzjonijiet personali, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi....Qabbel lilek innifsek u lil pajjiżek mal-bqija tal-UE.

Il-kwalità tal-ħajja

Skont ir-rapport dwar il-kwalità tal-ħajja fl-UE mniedi minn Eurofound, il-persuni bejn is-16 u l-24 sena għandhom l-ogħla livelli ta' sodisfazzjoni tal-ħajja (kklasifikata 7.6 minn 10 bħala medja) flimkien ma' koppji bit-tfal (7.4).

 

Ir-rapport jenfasizza wkoll li hemm it-tendenza li l-persuni bl-ogħla medja ta' sodisfazzjoni tal-ħajja jkollhom ukoll saħħa tajba ħafna. Għalkemm it-tipjip hu mifrux fost iż-żgħażagħ fl-UE, il-maġġoranza (67.7%) jgħidu li għandhom livell tajjeb jew tajjeb ħafna ta' saħħa, u l-maġġoranza jipprattikaw sport jew xi attività fiżika oħra.

 

B'mod ġenerali, it-tendenza hi li l-Ewropej ikunu sodisfatti bir-relazzjonijiet personali tagħhom (bi klassifikazzjoni medja ta' 7.8 minn 10), id-djar (7.5) u bl-ambjent li jgħixu fih (7.3).

 

Stil ta' ħajja u abitudnijiet

Aktar u aktar żgħażagħ qed ikunu onlajn kuljum (9 minn 10 bejn l-età ta' 16 u 29), speċjalment fuq apparat mobbli.

 

X'aktarx ukoll li ż-żgħażagħ iqattgħu aktar żmien fl-edukazzjoni qabel ma jsibu xogħol. Dan jista' jkun għaliex isibu diffikultà biex isibu xogħol, bir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hi 20.9%.

 

Madankollu, għandhom inqas kunfidenza fis-sistema legali (4.6 minn 10). Dan hu rifless f'kemm ivvutaw fl-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew fl-2014 (42.5%). 56% biss tal-persuni bejn il-15‑30 qalu li vvutaw f'elezzjoni fl-aħħar 3 snin, għalkemm iċ-ċifri kienu ogħla f'Malta (76%), il-Belġju (73%) u l-Italja (71%).

 

Proporzjon konsiderevoli taż-żgħażagħ (44%) qatt ma ħadu sehem f'attivitajiet organizzati. L-aktar attivitajiet popolari kienu dawk marbuta mal-klabbs sportivi (35% taż-żgħażagħ qalu li ħadu sehem f'attivitajiet organizzati minn klabb sportiv fl-aħħar sena) u klabbs taż-żgħażagħ, gruppi tal-ħin liberu jew xi tip ta' organizzazzjoni taż-żgħażagħ (22%).

 

Qabbel lilek innifsek ma' oħrajn!

Ara ftit l-għodda interattiva "Young Europeans" biex tqabbel lilek innifsek ma' żgħażagħ oħrajn fl-UE.

 

Tista' wkoll tara r-riżultati tal-istħarriġ dwar il-Kwalità tal-Ħajja għall-UE kollha.

 

Links relatati:

Li tkun żagħżugħ illum fl-Ewropa