Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

© fotolia.com - Kirill Kedrinski

It-tluq mid-dar

Meta titlaq mid-dar għall-ewwel darba qatt ma tkun faċli. Ara dawn il-pariri bażiċi li jistgħu jgħinuk biex tevita l-inkwiet.

Il-maġġoranza tal-Ewropej bejn l-20 u d-29 sena (55.6%) għadhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom skont stħarriġ tal-Eurostat riċenti.

 

Sib x'imkien fejn toqgħod

Jekk għadek toqgħod id-dar iżda se tiċċaqlaq, kun ċert li l-kera tal-akkomodazzjoni ġdida tiegħek tkun raġonevoli. Il-prezzijiet tal-kera jvarjaw inkredibilment skont il-pajjiżi (u l-ibliet). Għalhekk iċċekkja l-"Global Property Guide" biex tqabbel il-medja tal-kirjiet fl-Ewropa. Eurostat għandu wkoll statistika aktar ġenerali dwar l-akkomodazzjoni fi djar fl-Ewropa.

 

Meta tkun qed tagħżel viċinat fejn toqgħod, aħseb dwar kemm hu sikur, kemm għandek bogħod għax-xogħol jew għall-istudju, u kif inhuma l-mezzi ta' trasport minn hemm. Jekk qed taħseb biex tmur toqgħod barra pajjiżek, ara dan l-artiklu għal aktar pariri.

 

Jekk qed tippjana li taqsam l-akkomodazzjoni ma' oħrajn, prova sib nies li għandhom stil ta' ħajja simili għal tiegħek (tħobb toħroġ ħafna, jew tgħaddi ħafna ħin tistudja?). Kun af min huma l-ġirien tiegħek – jistgħu jkunu ta' għajnuna jekk jinqalalek xi ħaġa.

 

Iċċekkja u erġa' ċċekkja

Kun ċert li l-kamra tas-sodda tiegħek tissaħħan u hi insulata sew b'ħafna dawl naturali. Iċċekkja li l-bibien jissakkru sew u li l-fittings huma ta' kwalità tajba (eż windows bi glazing doppju PVC) u li jaħdmu sew. Meta tidħol fil-post, sib fejnha s-salvavita f'każ li jinqata' d-dawl.

 

Aqra l-kuntratt sew, inkluż il-kliem iż-żgħir. Iċċekkja jekk il-kera tinkludix il-kontijiet, jekk tistax titlaq qabel jiskadi l-kuntratt u jekk l-għamara li hemm (jekk qegħda fil-kuntratt) hijiex f'kundizzjoni tajba. Jekk ma tifhimx il-lingwa legali, aqra għal spjegazzjoni aħjar jew iċċekkja ma' xi ħadd li tafdah. Sir af iktar dwar id-drittijiet tiegħek bħala konsumatur.

 

Ħu ħsieb darek

L-istat ta' darek jista' jaffettwalek saħħtek. Naddaf u għaddi bil-vacuum regolarment biex tevita problemi tan-nifs u oħroġ l-iskart tal-inqas darba fil-ġimgħa (iċċekkja meta jinġabar l-iskart fil-belt tiegħek). Agħlaq il-bibien u t-twieqi kollha meta titlaq mill-appartament, u pproteġi l-ambjent billi ma taħlix dawl jew ilma.