Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Iċ-ċittadinanza tal-UE: kun af drittijietek

© iStockphoto.com - Yuri_Arcurs
© iStockphoto.com - Yuri_Arcurs
Ma hemm bżonn ebda sforz biex issir ċittadin tal-UE; kull min huwa ċittadin ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-UE huwa wkoll ċittadin tal-UE. Aktar minn 500 miljun persuna minn 28 pajjiż jistgħu jsejħu lilhom infushom ċittadini tal-UE, iżda xi tfisser iċ-ċittadinanza tal-UE?

Iċ-ċittadinanza tal-UE tinvolvi numru ta’ drittijiet importanti. Xi wħud minnhom, bħalma huma l-libertà ta’ moviment, huma ovvji u ħafna drabi mhumiex apprezzati biżżejjed, iżda hemm drittijiet oħra li jagħmlu differenza fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, bħal prezzijiet raġonevoli tar-roaming jew li tkun tista’ tirritorna prodotti li xtrajt onlajn. 

 

Hawn taħt se ssib 10 drittijiet li għandek bħala ċittadin tal-UE:

 

  1. Elezzjonijiet Ewropej u lokali: jekk tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, għandek id-dritt li tivvota u li toħroġ bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u fl-elezzjonijiet lokali hemm, taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż.
  2. Semma' leħnek: Tista’ tniedi jew tappoġġa Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej biex titlob lill-Kummissjoni tqiegħed ċertu kwistjoni fuq l-aġenda, u tista’ tressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew jew l-Ombudsman Ewropew jekk trid tagħmel ilment.
  3. Moviment liberu: tista’ titħarreġ, tistudja u taħdem fejn trid fl-UE.
  4. Kura tas-saħħa: għandek dritt tirċievi kura tas-saħħa u tagħżel kura tas-saħħa ppjanata fi kwalunkwe pajjiż tal-UE. Tibbenefika wkoll minn standards għoljin tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel.
  5. Drittijiet tal-konsumatur: Tista’ sserraħ rasek li se jkollok trattament ġust u tirċievi informazzjoni sħiħa u ċara qabel tixtri. Inti protetta meta tixtri onlajn, għandek modi kif tirranġa jekk l-affarijiet imorru ħażin u tibbenefika minn regoli dwar is-sigurtà tal-prodotti.
  6. Vjaġġar: int protetta b'għadd ta’ drittijiet tal-passiġġieri, għandek aktar protezzjoni jekk tixtri btajjel kollox inkluż (package holidays) u, jekk jinqala' xi ħaġa, tista’ tirrikorri għand il-konsulat jew l-ambaxxata ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-UE. Jekk għandek diżabilità jew mobilità mnaqqsa, għandek tkun tista’ tivvjaġġa mingħajr diskriminazzjoni.
  7. Telekomunikazzjonijiet: Għandek id-dritt li tibbenefika minn kwalità tal-linji tat-telekomunikazzjoni fissa bi prezzijiet ġusti kullimkien fl-UE. Il-fornituri għandhom jagħtu informazzjoni trasparenti u aġġornata sabiex tkun tista’ faċilment tqabbel il-prezzijiet. Il-kumpanija tat-telefown tiegħek għandha tagħtik kuntratt ċar bil-miktub; tista’ tibdel l-operatur tat-telekomunikazzjoni tiegħek mingħajr ma tbiddel in-numru tat-telefown u tista' tħallas prezzijiet tar-roaming ġusti kull fej tixtieq tuża t-telefown fl-UE.
  8. Divorzji u separazzjonijiet minn żewġ pajjiżi: tista’ tafda fuq proċeduri legali ċari u prevedibbli fl-għażla tal-pajjiż fejn tagħmel divorzju jew separazzjoni, u s-sentenza tiegħek hija faċilment rikonoxxuta u infurzata f’pajjiż ieħor tal-UE.
  9. Drittijiet u proċess ġust tal-vittmi ta' reat: tista' tafda fuq salvagwardji speċifiċi jekk tisfa vittma ta’ delitt, u tista' sserraħ rasek li se jkollok proċess ġust kullimkien fl-UE.
  10. Gwida u informazzjoni: Għandek id-dritt li tikkuntattja korpi tal-UE fil-lingwa tiegħek stess u tirċievi informazzjoni u assistenza.

 

Għal aktar informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin tal-UE, u dwar kif tista’ tinvolvi ruħek fil-politika Ewropea, żur il-portal dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE 

Pubblikat: Erb, 18/03/2015 - 15:36


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!

Links relatati