Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Kif tista’ tagħti prova tal-għarfien tiegħek ta’ lingwa barranija

It-tagħlim tal-lingwi jsaħħaħ is-sensibilizzazzjoni kulturali tiegħek u jiftaħlek moħħok, kif ukoll jista’ jtejjeb is-CV tiegħek jekk ikollok ċertifikat ta’ dan it-tagħlim. Skopri liema ċertifikati huma l-aktar aċċettati u kif tista’ takkwistahom.

X’inhu l-QKERL?

 

Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) (kif tgħallem, kif titgħallem, il-valutazzjoni) inħoloq biex jipprovdi bażi għal kompetenza fil-lingwi barranin. Hu użat kemm fl-Ewropa kif ukoll f’kontinenti oħrajn u hu disponibbli f’39 lingwa.

 

Dan il-qafas ta’ referenza jikklassifika l-kompetenza lingwistika fuq sitt livelli differenti; l-eżamijiet tal-lingwa uffiċjali huma wkoll ibbażati fuq dawn:

  • A1 u A2 - Livell bażiku
  • B1 u B2 - Livell intermedju
  • C1 u C2 - Livell avvanzat

 

Prova tal-għarfien tiegħek

 

Tista’ tagħmel eżami biex tagħti prova tal-għarfien lingwistiku tiegħek kważi f’kull lingwa: iċ-ċertifikazzjonijiet tal-lingwa huma ferm apprezzati minn min jimpjega u jintalbu minn ħafna mill-Universitajiet meta tkun trid tistudja barra pajjiżek (normalment ikun meħtieġ tal-inqas livell B2).

 

Tista’ tiċċekkja l-istitut uffiċjali tal-lingwa li int interessat fiha. Pereżempju il-British Council għall-Ingliż, l-Institut Francais għall-Franċiż jew l-Instituto Cervantes għall-Ispanjol huma wħud minn dawn. F’dawn l-istituzzjonijiet se ssib liema ċertifikati tista’ tikseb, l-istruttura tal-eżamijiet, it-tariffi u meta jsiru l-eżamijiet.

 

Biex iġġib l-aħjar marki fl-eżami, għandek tiffoka fuq it-tħejjija ta’ kull parti individwali. Hawn min jagħmel kors speċifiku, iżda tinkwetax jekk ma għandikx il-ħin jew ir-riżorsi finanzjarji: hemm modi differenti kif tipprepara u tittestja l-għarfien tiegħek għall-eżamijiet inti stess.

 

Il-Passaport tal-Lingwi tal-Europass

 

Qattajt xi żmien barra pajjiżek u tista’ tifhem lingwa barranija, imma ma tistax tiktibha? Il-Passaport tal-lingwa tal-Europass mhuwiex dokument uffiċjali iżda jista’ jinkludi kompetenzi li akkwistajt kemm fl-edukazzjoni formali kif ukoll barra minnha. Permezz tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza, titsa’ tippreżenta l-profiċjenza fil-lingwa tiegħek hawnhekk b’mod ċar, li hi komparabbli wkoll fuq livell internazzjonali. 

Pubblikat: Tne, 01/08/2016 - 15:46


Tweet Button: 

Links relatati


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!