Portal Ewropew taż-Żgħażagħ
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

Tixtieq tistudja barra mill-pajjiż?

Sir af dwar xi wħud mill-programmi ta' skambju u r-rekwiżiti tagħhom biex tapplika mill-universitajiet tal-Balkani tal-Punent.

Qatta' xi semestru jew tnejn studja f'Università barra mill-pajjiż u tgħallem lingwa barranija, iltaqa' ma' nies b'kulturi differenti jew għix f'pajjiż ieħor.

 

Fl-2014 is-Serbja, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-Albanija u l-Montenegro ffrimaw biex jipparteċipaw parzjalment fil-programm Erasmus+. Minn dak iż-żmien 'l hawn, il-biċċa l-kbira tal-universitajiet f'dawn il-pajjiżi għamlu ftehimiet ma' universitajiet sħab fl-Unjoni Ewropea. Dan ifisser li bħala student, apprendist jew akkademiku tista' tqatta' semestru jew tnejn f'istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja barra mill-pajjiż.    

 

Barra minn hekk, xi universitajiet għandhom ukoll ftehimiet bilaterali ma' diversi istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jinsabu barra mill-UE. Trid tiċċekkja biss id-dipartiment ta' kooperazzjoni internazzjonali tal-università tiegħek biex tara s-sħubiji u l-programmi li tista' tipparteċipa fihom.

 

Jeżistu wkoll xi skambji oħra ta' mobilità għall-istudenti tal-PhD u għal dawk li jkunu qed jagħmlu l-postdottorat, fosthom:

 

- is-Central European Exchange Program for University Studies (CEEPUS). Dan huwa programm iffukat fuq il-lawrji konġunti, speċjalment il-programmi konġunti tal-PhD għall-istudenti mill-Albanija, mill-Awstrija, mill-Bożnija-Ħerzegovina, mill-Bulgarija, mill-Kroazja, mir-Repubblika Ċeka, mill-Ungerija, mill-Maċedonja, mill-Moldova, mill-Montenegro, mill-Polonja, mir-Rumanija, mis-Serbja, mir-Repubblika Slovakka, mis-Slovenja u minn Prishtina/Kosovo. Iċċekkja l-uffiċċju nazzjonali tas-CEEPUS f'pajjiżek.

- L-Erasmus Western Balkans (ERAWEB). Dan huwa programm konġunt ta' mobilità li joffruh tmien universitajiet tal-Balkani tal-Punent u sitt universitajiet tal-UE. Il-ERAWEB huwa mmirat għall-istudenti li jkunu qed jagħmlu l-postdottorat u li jkunu jridu jistudjaw, jgħallmu u jagħmlu riċerka barra mill-pajjiż fl-oqsma tal-mediċina u tax-xjenzi tas-saħħa. Għal aktar dettalji dwar kif tapplika, ikklikkja hawn.

 

Jekk int minn xi pajjiż tal-Balkani tal-Punent u ma tixtieqx tieħu sehem fi skambju tal-istudenti, iżda interessat li ġġib il-lawrja minn Università fl-Ewropa, qabel ma tapplika jrid ikollok ċertifikat ta' edukazzjoni għolja. Ngħidu aħna, jekk iggradwajt fl-Università ta' Belgrad, tista' tagħmel il-Master jew id-Dottorat tiegħek f'università barranija.

 

Ikklikkja hawn biex tkun taf kif iġġib il-permess ta' residenza ta' student tiegħek.