Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej
Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

It-teħid ta' stessi u l-użu tal-smses waqt is-sewqan

© shutterstock.com - Yuri Arcurs
It-teħid ta' stessi waqt is-sewqan, l-istess bħall-użu biex inċemplu jew niktbu l-smses waqt is-sewqan, jista' joqtlok.

L-aċċidenti bil-karozza huma l-kawża prinċipali ta' mwiet fost is-sewwieqa żgħażagħ. Kawża prinċipali hu n-nuqqas ta' attenzjoni lejn it-triq, li jnaqqas il-veloċità tar-reazzjoni. It-teħid ta' ritratti jew l-iċċekkjar tal-istatus ta' Facebook tiegħek waqt is-sewqan hu ta' periklu għas-sikurezza tiegħek – u dik ta' ħaddieħor li jkun qed juża t-triq.

 

Stħarriġ li sar minn Ford fuq 7,000 persuna li jużaw l-ismartphone bejn it-18 u l-24 sena minn 7 pajjiżi Ewropej wera li wieħed minn kull 4 ħa stessu waqt li kien qed isuq. Kważi nofshom ammettew li ħadu ritratt bl-ismartphone tagħhom waqt li kienu qed isuqu, u wieħed minn kull 4 użaw il-midja soċjali. U ntbagħtu mhux inqas minn 916-il aġġornament tal-istatus bl-użu tal-hashtag #drivingselfie f'xahar normali (ara l-infografika).

 

Aktar u aktar aċċidenti tat-traffiku - inklużi dawk fatali - jinvolvu sewwieqa li jkunu qed jieħdu stessu. Is-sewqan jitlob li int ikollok il-kontroll sħiħ tal-vettura tiegħek f'kull ħin. It-teħid ta' stessu jservi ta' distrazzjoni għal 14-il sekonda - u meta tiċċekkja n-netwerks soċjali tista' tiġi distratt għal 20 sekonda sħaħ.

 

Dan hu ħin twil biżżejjed biex karozza li tkun għaddejja b'veloċità ta' 100 km/h tkopri daqs 5 grawnds tal-futbol.

 

Biex tuża l-ismartphone tiegħek, sib post sikur biex tipparkja u ħu l-ħin tiegħek. Għal aktar pariri dwar sewqan sikur, iċċekkja din il-paġna wiki.

 

Il-Kunsill tas-Sikurezza tat-Trasport Ewropew (ETSC), li jfittex li jnaqqas l-imwiet u l-korrimenti relatati mat-trasport, jista' jgħinek iżżomm ruħek aġġornat dwar is-sikurezza tat-trasport fl-UE.
 

Link relatati

Statistika oħra dwar is-sikurezza stradali u l-aċċidenti - sit web tal-Kummissjoni Ewropea

Pubblikat: Ħam, 26/11/2015 - 15:05


Tweet Button: 

New!


Info for young people in the western balkans

Teħtieġ għajnuna jew parir espert?

Staqsina!