Portal Ghaz-Żgħażagħ Ewropej

Informazzjoni u opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Ewropa.

© iStockphoto.com - TriggerPhoto

Ħossok qisek f'darek fi kwalunkwe pajjiż

L-aqwa mod kif tieħu l-aħjar mill-vjaġġi tiegħek huwa billi tintefa' b'ruħek u b'ġismek fil-kultura lokali

Segwi r-regoli

Sib x'tista' u x'ma tistax tagħmel għal kull pajjiż fejn tivvjaġġa: Ftakar li anke l-użanzi ta' kif tagħti t-tips huma differenti minn pajjiż għal ieħor u għandek tipprova tirrispettahom. Ingħaqad ma' komunità onlajn bħal Travel-Me biex taqsam l-esperjenzi tiegħek u takkwista pariri dwar fejn sejjer.

 

Agħmel il-ħbieb

Mur ġo bar u studja l-mappa tiegħek bil-kwiet, jew staqsi lil min joqgħod fil-post jekk jistgħux jissuġġerulek x'postijiet iżżur. F'ħafna pajjiżi, in-nies jieħdu pjaċir jitkellmu ma' min qed jivvjaġġa dwar pajjiżhom. Għalhekk insa l-biżgħat tiegħek u ibda konverżazzjoni. Tgħallem u uża kliem bażiku bil-lingwa lokali – in-nies vera japprezzaw l-isforz li tkun qed tagħmel.

 

Ħu ż-żmien neċessarju biex tesplora ż-żoni mhux daqshekk turistiċi għalkemm segwi l-pariri dwar is-sikurezza mill-Gvern tar-Renju Unit.

 

Għal aktar informazzjoni dwar kull pajjiż jew kwistjonijiet amministrattivi, ikkuntattja l-ambaxxata tiegħek fil-pajjiż - tista' ssibha fuq GoAbroad.com.

 

Links relatati:

Se tivvjaġġa? Ħu dawn il-pariri miegħek!

Pariri biex ikollok esperjenza tajba meta toqgħod f'ħostel

L-ivvjaġġar fl-Ewropa