Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 01/03/2017

Dokumenti u formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-karozza – Malta

Testijiet ta' affidabbiltà stradali

Vettura M1 liċenzjata għall-kiri jew leasing u vetturi M1 għal użu privat għandhom jgħaddu minn test ta' affidabbiltà stradali għat-triq 4 snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni u kull sentejn wara dak iż-żmien.

Jekk għandek karozza li tkun għamlet aktar minn 160,000 km f'Malta, jeħtieġlek tittestjalha l-affidabbiltà stradali kull sena.

It-test ta' affidabbiltà stradali ma għandux għalfejn isir kull darba li jinbidel is-sid.

Jekk tirreġistra l-karozza tiegħek bħala resident ġdid f'Malta, tiċċaqlaq minn pajjiż ieħor tal-UE, ma għandekx għalfejn tagħmel it-test ta' affidabbiltà stradali jekk tipprovdi ċertifikat validu tal-VRT tal-UE approvat mill-Unità Teknika tal-Awtorità.

Korp ta' kuntatt għat-testijiet ta' affidabbiltà stradali: l-Awtorità għat-Trasport f'Malta.

Sabiex tiżgura li l-vettura tiegħek u t-tagħmir tagħha jiffunzjonaw b'mod korrett u jikkonfermaw mal-istandards tas-sikurezza, jeħtieġ isirulha testijiet ta' affidabbiltà stradali regolari, li b'mod ġenerali jinkludu l-verifiki li ġejjin:

  • l-effiċjenza tal- wajpers tal-windskrin u jekk hemmx xi twieqi jew mirja mkissrin,
  • il-fanali – l-indikejter, il-hazard lights, il-brejk, ir-rivers, il-pjanċa tal-liċenzja u l-fog lights,
  • il-fanali ta' quddiem – il-pożizzjoni tad-dipped beam u tal-main beam,
  • it-tajers – il-fond tal-linji ≥ 1.6 mm ,
  • il-mirja retroviżuri – il-wiċċ li jirrifletti, it-twaħħil u l-aġġustament,
  • l-iffunzjonar tajjeb taċ- ċinturin tas-sikurezza.

 

Proċedura għal:

- reġistrazzjoni inizjali

Tista' tirreġistra l-vettura tiegħek għand l-Awtorità għat-Trasport f'Malta, Land Transport Directorate, Hornworks Ditch, Floriana, FRN 1230.

Biex tirreġistra vettura importata (ġdida jew qadima), jeħtieġlek tissottometti d-dokumenti segwenti:

  1. vettura ġdida:
  • il-vetturi ġodda għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2007/46/KE u mar-Regolament KE Nru 692/2008,

    (jiġifieri: jistgħu jkunu reġistrati biss il-vetturi b'magna li tikkonforma mal-istandards tal-livell ta' emissjonijiet ta' EURO 5b, 6b jew ogħla),
  • iċ-Ċertifikat ta' Konformità oriġinali,
  • l-invojs,
  • in-nota tat-trasport tal-merkanzija u l-Assigurazzjoni Marittima (jekk applikabbli),
  • il-polza ta' assigurazzjoni valida,
  • il-kopja tal-karta tal-identità tax-xerrej (quddiem biss),
  • il-Fomola ta' Spezzjoni Doganali VEH 04 għall-vetturi li ġejjin minn pajjiżi mhux fl-UE,
  • ir-riżoluzzjoni tal-bord jekk il-vettura se tkun liċenzjata f'isem Organizzazzjoni.
  1. vettura użata:
  • Il-kopja stampata ffirmata minn Unità Teknika.

    Individwi: Il-Valur ta' Reġistrazzjoni (RV) fil-kopja stampata tal-Valutazzjoni hu validu fix-xahar li jinħareġ u sa tmiem ix-xahar ta' wara.

Id-dealers u l-Importaturi liċenzjati tal-Karozzi b'Mutur: Id-Dealers u l-Importaturi għandhom il-faċilità li jistabbilixxu Valur ta' Reġistrazzjoni fiss għall-vetturi tagħhom (għal finijiet tal-kalkolu tat-taxxa ta' reġistrazzjoni) fl-istadju tar-reġistrazzjoni, u l-pagament tat-taxxa ta' reġistrazzjoni jiġi differit sakemm il-vettura hi fil-fatt liċenzjata.

  • Iċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni Barranija Oriġinali (logbook) iffirmat mill-bejjiegħ u mix-xerrej il-ġdid. (Fin-nuqqas ta' kwalunkwe firma mix-xerrej jew mill-bejjiegħ fiċ-Ċertifikat ta' Reġistrazzjoni Barranija (logbook), ix-xerrej għandu jipprovdi lill-Awtorità jew kuntratt privat ta' bejgħ bejn iż-żewġ partijiet jew forma VEH 50. Dawn għandhom dejjem ikunu quddiem xhieda.
  • Il-vetturi li jkunu miġjubin Malta (mill-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Irlanda) meħtieġa li jissottomettu jew:

i) Ċertifikat ta' Awtentiċità tal-Odometru maħruġ mill-aġenzija approvata mill-Awtorità * li juri l-qari awtentiku tal-odometru tal-vettura.

jew

ii) Jippreżentaw ċertifikat ta' affidabbiltà stradali oriġinali (VRT) maħruġ fi Stat Membru ieħor u li juri l-aħħar qari tal-odometru minn kwalunkwe entità approvata kif muri hawn taħt:

VOSA UK (l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vetturi u l-Operaturi) jew KWALUNKWE Stazzjon tal-Vetturi għall-Ittestjar/l-Ispezzjonar tal-affidabbiltà stradali (VRT) li joħroġ Ċertifikati ta' Odometru fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

  • L-avviż ta' wasla – dan għandu jkun oriġinali u ttimbrat mill-persuna inkarigata mill-merkanzija u l-isem tal-persuna li f'isimha l-vettura se tkun reġistrata. Jekk persuna importat il-vettura f'isem persuna oħra hu/hi għandu/ha j/tippreżenta dikjrazzjoni lil-Land Transport Directorate li jikkonferma li l-vettura nġabet Malta għall-użu waħdieni tal-persuna l-oħra. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata miż-żewġ partijiet.
  • Il-pjanċi barranin
  • Iċ-ċertifikat ta' polza ta' assigurazzjoni validu, li jibda mid-data ta' reġistrazzjoni (madankollu s-sid għandu jkollu l-vettura assigurata filwaqt li tintuża għall-VRT u l-Ispezzjoni)
  • Iċ-ċertifikat li għaddiet mill-VRT( NOTA: Iċ-ċertifikat tal-VRT mhux meħtieġ jekk il-vettura jkollha anqas minn 4 snin mid-data ta' reġistrazzjoni)
  • Ir-riżoluzzjoni tal-bord mis-segretarju tal-kumpanija jekk il-vettura se tkun liċenzjata f'isem kumpanija.

- tiġdid

Biex iġġedded ir-reġistrazzjoni tal-karozza tiegħek, tista' tagħmel dan permezz tal-aġenzija tal-assigurazzjoni jew is-servizz onlajn tal-liċenzji tal-vetturiEnglish .

 

* Aġenziji approvati:

  1. JEVIC UK LTD.

Building 46, Dunsfold Park, Cranleigh,

Surrey, GU6 8TB, United Kingdom.

Telefown: UK +(44)-01483-276900

Telefown: Malta + (356)-35505155

Faks: +(44)-01483-331701/273250

Email: info@jevic.co.uk

  1. CAR-PASS, Belgium

CAR-PASS v.z.w.

Woluwedal 46/2

1200 Brussels

Telefown: 0032 27735056

Email: info@car-pass.be

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Dokumenti u formalitajiet għar-reġistrazzjoni tal-karozza
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri