Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 01/03/2017

Ikseb liċenzja tas-sewqan fl-UE – Malta

Liċenzji tas-sewqan tal-UE - kondizzjonijiet

Taħriġ tas-sewwieqa u test tas-sewqan

Iċċekkja informazzjoni dettaljata dwar il-proċedura li trid issegwi biex tikseb liċenzja tas-sewqan f'Malta English (kif ukoll il-formoli u l-opzjonijiet disponibbli)

Rekwiżiti tal-età

L-età minima li fiha tista' tikseb liċenzja tas-sewqan hija:
Kategorija A1 (sa 125 cc)

(a) Muturi b'kapaċità ċilindrata li ma taqbiżx il-125 ċentimetru kubu, ta' qawwa li ma taqbiżx 11-il kW u bi proporzjon qawwa/piż li ma jaqbiżx 0.1 kW/kg;

(b) Triċikli bil-mutur b'qawwa li ma taqbiżx 15-il kW;
18-il sena
Kategorija A2 (sa 35 kW cc)

Muturi b'qawwa li ma taqbiżx il-35 kW u bi proporzjon qawwa/piż li ma jaqbiżx 0.2 kW/kg u li ma jkunux derivati minn vettura ta' aktar mid-doppju tal-qawwa tagħha;
22 sena
Kategorija A ('il fuq minn 35 kW cc)

(a) Muturi.

(b) Triċikli bil-mutur b'qawwa li ma taqbiżx 15-il kW
21 (fir-rigward ta' triċikli bil-mutur b'qawwa li taqbeż 15-il kW)

22 (fejn l-applikant ikollu sentejn esperjenza fuq A2)

24 (fejn l-applikant ikollu sentejn esperjenza fuq A2)
Kategorija B (vetturi tal-passiġġieri)

Vettura tal-kategorija B b'erba' roti b'kapaċità ta' veloċita' ta' mill-anqas 100 km/siegħa.
18-il sena

Idoneità tas-sewwieqa

Jekk tixtieq iġġedded liċenzja tas-sewqan tal-UE, trid tagħmel eżami mediku għal:

  • Kategorija A - kull 5 snin meta taqbeż is-70 sena

  • Kategorija B - kull 5 snin meta taqbeż is-70 sena

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Ikseb liċenzja tas-sewqan fl-UE
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri