Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 22/09/2017

Tiġdid u skambju tal-liċenzja tas-sewqan – Malta

Ġedded il-liċenzja tas-sewqan tiegħek

Id-detenturi mhux Maltin ta' liċenzja tas-sewqan tal-UE għandhom l-għażla li jiskambjaw il-liċenzja tagħhom għal Liċenzja tas-Sewqan Maltija; inkella, dawn jistgħu jġedduha fejn tkun inħarġet.

Id-detenturi Maltin ta' liċenzja tas-sewqan tal-UE għandhom l-għażla li jiskambjaw il-Liċenzja tas-Sewqan Maltija tagħhom barra mill-pajjiż fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiż; dawn għandhom jilħqu r-rekwiżiti ta' residenza normali kif stipulat fil-leġiżlazzjoni rilevanti SL 65.18.

Issostittwixxi liċenzja tas-sewqan mitlufa

Jekk titlef il-liċenzja tas-sewqan, ikkuntattja l-pulizija u lil Transport MaltaEnglish.

Biex tissostitwixxi liċenzja tas-sewqan mitlufa, misruqa, imħassra jew meqruda, trid tagħti dawn id-dokumenti li ġejjin:

  • Formola ta' dikjarazzjoni VEH 39English
  • Kopja tal-karta tal-identità tiegħek
  • Miżata ta' EUR 18
Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Tiġdid u skambju tal-liċenzja tas-sewqan
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri