Available languages:

L-aħħar verifika : 28/09/2017

Karozzi tal-kumpanija – Malta

Tista' ssuq il-karozza tiegħek tal-kumpanija reġistrata f'pajjiż tal-UE ieħor għal perjodu li ma jaqbiżx is-7 xhur, sakemm skont l-Att dwar il-Karta tal-Indentità u Dokumenti oħra tal-Identità u l-Att dwar l-Immigrazzjoni:

  • ir-residenza normali tiegħek hi barra minn Malta u li inti ma jkollokx dokument legali validu ta' identifikazzjoni jew
  • għandek l-obbligu li tkun fil-pussess ta' dokument ta' identifikazzjoni legalment validu jew
  • għadek ma nħariġlekx permess ta' residenza

L-użu privat tal-karozzi tal-kumpanija tiegħek

Tista' ssuq il-karozza tiegħek tal-kumpanija għal skopijiet privati f'Malta.

Sellef il-karozza tal-kumpanija tiegħek lil membru tal-familja

Meta tuża l-karozza tiegħek tal-kumpanija temporanjament f'Malta, tista' ssellifha lil żewġek/martek jew tfal dipendenti, sakemm dawn ma jkollhomx dokument ta' identifikazzjoni validu legali maħruġ skont it-termini tal-Att dwar il-Karta tal-Identità u Dokumenti Oħra tal-Identità Act (KAP 258).

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: