Twettiq ta' negozju
L-aħħar verifika : 12/04/2017

Karta għall-parkeġġ tal-UE għal nies b'diżabilità – ir-Renju Unit

Kundizzjonijiet applikabbli

F'toroq u f'parkeġġi għall-karozzi, postijiet għall-ipparkjar riżervati għall-nies b'diżabilità jkunu mmarkati b'simbolu tas-siġġu tar-roti.

Il-karta għall-parkeġġ tintuża flimkien mad-disk għall-ipparkjar. Madankollu, in-nies minn pajjiżi oħrajn li juru l-karta għall-parkeġġ mingħajr disk għall-ipparkjar jingħatawlhom l-istess konċessjonijiet.

Ipparkjar fit-toroq

Ma tingħata ebda konċessjoni lill-vetturi li juru l-karta għall-ipparkjar fiċ-Ċentru ta' Londra - Iċċekkja lokalment

Tista' tipparkja f'toroq li fihom hu pprojbit l-ipparkjar sakemm m'hemmx sinjal "ebda tagħbija jew ħatt", u biss jekk ma tikkawżax ostruzzjoni:

  • għal tliet sigħat fl-Ingilterra u f'Wales
  • bla limitu ta' ħin fl-Iskozja u fl-Irlanda ta' Fuq sakemm ma japplikawx restrizzjonijiet lokali - Iċċekkja lokalment

Tista' tipparkja bla ħlas u bla limitu ta' ħin fit-toroq li fihom meħtieġ il-ħlas sakemm sinjali ma jindikawx mod ieħor - Iċċekkja lokalment

Tista' tipparkja bla limitu ta' ħin fit-toroq li fihom l-ipparkjar hu bla ħlas iżda ristrett bil-ħin sakemm sinjali ma jindikawx mod ieħor - Iċċekkja lokalment.

Issuqx jew tipparkjax fiż-żoni riżervati għall-mixi sakemm dan mhux awtorizzat b'mod speċifiku minn konċessjonijiet lokali - Iċċekkja lokalment

Ipparkjar f'parkeġġi għall-karozzi

Xi parkeġġi għall-karozzi jippermettu vetturi li juru l-Karta għall-Parkeġġ li jipparkjaw bla ħlas.

Iċċekkja l-avviżi tal-parkeġġ jew staqsi attendent.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: