Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 24/04/2017

Il-validità tal-assigurazzjoni tal-karozza meta tkun qed tivvjaġġa barra pajjiżek – Malta

Kopertura komprensiva meta tivvjaġġa barra mill-pajjiż

Il-polza ta' assigurazzjoni komprensiva fuq il-karozza tiegħek (li tkopri serq, vandaliżmu, spejjeż legali, eċċ.) hi valida għal perjodu ta' tnax-il xahar; sakemm int ma tagħtix istruzzjonijiet lill-Assiguratur tiegħek biex jestendi din il-kopertura għall-ivvjaġġar tiegħek lejn Malta, f'tali każ waqt li tkun qed issuq f'Malta se tkun fis-seħħ biss l-Assigurazzjoni tal-Partijiet Terzi.

Kopertura ta' assigurazzjoni għal sewwieqa addizjonali meta tivvjaġġaw barra mill-pajjiż

Din hi ddeterminata mill-Assiguratur tiegħek skont il-kopertura diġà prevista taħt il-Polza eżistenti tiegħek; l-Assiguratur jista' jagħżel li jirrestrinġi l-kopertura għal sewwieq predeterminat wieħed (jew aktar) biss.

Trejlers għandhom jiġu inxurjati

Il-polza ta' azzigurazzjoni standard f'Malta għal vetturi ma tkoprix trejler; il-kopertura għandha tiġi estiża kif meħtieġ.

Bħala ċittadin ta' pajjiż ieħor tal-UE li qed tivvjaġġa bi trejler f'Malta, għandek iżżomm kuntatt mal-Assiguratur tiegħek (qabel titlaq minn pajjiżek stess) sabiex jiġi ddeterminat jekk il-kopertura tiegħek għandhiex tiġi estiża biex tkopri trejler.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Assigurazzjoni u liċenzja tas-sewqan
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri