Available languages:

L-aħħar verifika: 11/01/2019

Ħaddiema - drittijiet ta' residenza – Malta

Li ġġorr passaport jew karta tal-identità

Ma hemm ebda obbligu għaċ-ċittadini tal-UE jew il-membri tal-familji tagħhom li jġorru magħhom passaport jew karta tal-identità valida f'kull ħin.

Madankollu skont il-liġi nazzjonali f'Malta (l-Artikolu 17(3) tal-Att dwar il-Karti tal-identità u Dokumenti Oħra tal-Identità), il-pulizija tista' titlob li inti turi dokument tal-identità tiegħek (karta tal-identità, dokument ta' residenza jew dokument ta' identifikazzjoni maħruġ skont l-Att) fi żmien 24 siegħa wara li ssir id-domanda. L-istess japplika meta inti tintalab turi ​ċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni tiegħek.

Jekk ma turix id-dokumenti meħtieġa fi żmien 24 siegħa, għandu mnejn ikollok tħallas multa ta' €232.94 u multa oħra ta' €11.65 għal kull jum li tonqos milli tagħmel dan.

Irrapporta l-preżenza tiegħek

Inti trid tirrapporta l-preżenza tiegħek f'Malta fi żmien xahar mill-wasla tiegħek.

Biex tirrapporta l-preżenza tiegħek, trid tmur fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana

Jekk ma tirrapportax il-preżenza tiegħek, għandu mnejn ikollok tħallas multa bejn €23.29 u €232.94

Irreġistra r-residenza tiegħek

Jekk għandek il-ħsieb li toqgħod Malta għal aktar minn 3 xhur, trid tirreġistra r-residenza tiegħek hawnhekk. Jekk int qed tfittex xogħol, tista' tagħmel dan wara 6 xhur.

Tista' tirreġistra fid-Dipartiment tal-Affarijiet dwar iċ-Ċittadinanza u l-Espatrijazzjoni:

Evans Building

St Elmo's Square

Valletta

Jekk int ċittadin inattiv (pensjonant jew persuna awtosuffiċjenti), trid tipprovdi prova (pereżempju, dikjarazzjonijiet bankarji, ċertifikati ta' intitolament, eċċ.) li inti tirċievi dħul jew li għandek biżżejjed riżorsi.

Irreġistra lill-familja tal-UE tiegħek

Meta tirreġistra lill-familja tiegħek, trid tissottometti d-dokumenti li ġejjin:

Raġel/mara

Tfal/neputijiet

Ġenituri/nanniet

Membri tal-familja estiża (zijiet, neputijiet, kuġini, eċċ.)

Partners mhux reġistrati

Partners reġistrati

Membri tal-familja dipendenti

Ma hemm ebda minimu ta' limitu fuq id-dħul f'Malta.

Irreġistra lill-familja mhux tal-UE tiegħek

Meta tirreġistra lill-familja mhux tal-UE tiegħek, trid tissottometti d-dokumenti li ġejjin:

Raġel/mara

Tfal/neputijiet

Ġenituri/nanniet

Membri tal-familja estiża (zijiet, neputijiet, kuġini, eċċ.)

Partner mhux reġistrati

Partners reġistrati

Membri tal-familja dipendenti

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikkondividi din il-paġna: