Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 26/04/2017

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew – Malta

Kif nivvota fl-elezzjonijiet tal-PE?
 
Jekk inti ċittadin/a tal-UE u tgħix Malta, u tixtieq tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament tal-UE, inti għandek il-possibilità li tagħmel dan. Meta tapplika għall-permess tar-residenza, inti tingħata formola apposta li fiha tiddikjara li tixtieq tivvota f'Malta. Inkella tista' tagħżel li tibqa' fuq ir-reġistru elettorali tal-istat membru tal-oriġini tiegħek.
 
   Kif nivvota fl-elezzjonijiet tal-PE?
 
Tista' tivvota jekk inti mniżżel/mniżżla fir-reġistru elettorali (l-aħħar wieħed li jkun ġie ppubblikat qabel id-data stabbilita tal-elezzjoni) jew fir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma tkunx ġejt ikkundannat/a għal xi reat marbut mal-ħatra tal-membri tal-Kamra tad-Deputati, il-ħatra tal-membri tal-Kunsilli Lokali, jew dik tal-membri tal-Parlament Ewropew.
   Nista' nivvota fl-elezzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tiegħi jekk inkun barra mill-pajjiż?
 
Le, ma tistax tivvota fl-elezzjonijiet tal-pajjiż tal-oriġini tiegħek jekk tkun barra mill-pajjiż.
 
   Irrid nivvota bilfors?
 
Le, il-votazzjoni fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali/Parlament tal-UE mhijiex obbligatorja għall-persuni mniżżla fir-reġistru elettorali. Ir-regolamenti kollha huma stipulati fil-Kapitolu 467 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Dawn ir-regolamenti japplikaw għaċ-ċittadini Maltin kif ukoll għal dawk tal-UE.
 
   Kif ninforma lill-pajjiż li nixtieq nivvota hemmhekk?
 
Ftakar li tista' tivvota darba biss fl-elezzjonijiet tal-PE. Dan ifisser li jekk inti ċittadin/a tal-UE u tgħix f'pajjiż barrani, u tixtieq tivvota fl-elezzjonijiet tal-Parlament tal-UE, inti tista' tagħżel il-pajjiż fejn tixtieq tivvota. Meta tirreġistra biex tivvota, trid tispeċifika l-pajjiż fejn trid tivvota. Il-pajjiż li tagħżel jiġi infurmat dwar dan mill-Kummissjoni Elettorali. Inti m'għandek għalfejn tagħmel xejn f'dan ir-rigward.
 
 
Il-kandidati għal Membri tal-Parlament Ewropew
 
   Min jista' jirreġistra?
 
Jekk tixtieq tirreġistra bħala kandidat/a għal Membru tal-Parlament Ewropew, trid tirreġistra b'indirizz Malti. Jekk inti votant irreġistrat fir-Reġistru Elettorali jew fir-Reġistru Elettorali tal-Unjoni Ewropea, inti eleġibbli biex tikkontesta f'massimu ta' lokalità waħda. Jista' jkun hemm xi restrizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali pubbliċi; dawn huma ppubblikati fil-PSMC (Public Service Management Code).
 
Jekk inti ċittadin/a barrani/ja tal-UE u qed tikkontesta l-elezzjoni, trid tiddikjara li m'inti qed tikkontesta f'ebda pajjiż ieħor, u li ma ġejtx skwalifikat/a. Dan isir meta tapplika biex tikkontesta bħala kandidat/a (f'konformità mal-Artiklu 14 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew[MM1] ).
 
Il-lista tal-kriterji u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti biex wieħed ikun jista' jikkontesta bħala kandidat fl-elezzjonijiet tal-Parlament tal-UE tista' ssibhom fil-Kapitolu 467 tal-Att dwar l-Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew[MM2] .
 
Nista' nikkontesta l-elezzjoni f'Malta għalkemm ngħix barra mill-pajjiż?
 
Iva, imma l-ewwel trid tirreġistra Malta. L-applikazzjoni għall-kandidatura tista' tintbagħat bi prokura, jiġifieri tiġi ppreżentata għan-nom tal-kandidat/a potenzjali minn persuna oħra f'Malta. Hawnhekk japplika perjodu ta' tliet ijiem biex tiġi ppreżentata n-nomina, kif speċifikat fir-regolamenti elettorali. M'hemmx formalitajiet li trid issegwi jekk tikkontesta għall-elezzjonijiet ta' pajjiżek filwaqt li tkun qiegħed barra mill-pajjiż. Il-kandidati għal Membri Parlamentari Ewropej jistgħu jikkontestaw biss fi stat membru wieħed.
 
Min ma jistax jirreġistra?
 
Il-persuni li ġejjin ma jistgħux jirreġistraw biex jikkontestaw bħala kandidati għal Membri tal-Parlament Ewropew:
 
         Membri tal-Kamra tad-Deputati jew kwalunkwe istituzzjoni simili fi Stat Membru ieħor tal-UE 
         Membri tal-Parlament Ewropew
         Membri ta' kwalunkwe korp dixxiplinat
         Impjegati tal-Kunsilli Lokali
         Dawk li ġew iddikjarati fi stat ta' falliment
         Dawk interdetti jew li għandhom xi instabilità jew mard mentali
         Dawk li jkunu qed jiskontaw sentenza ta' ħabs ta' aktar minn 12-il xahar
         Membri tal-ġudikatura
         Persuni li jkunu ġew skwalifikati mis-sħubija fil-Kunsill Ewropew
 
Għal aktar dettalji tista' tirreferi għall-Att dwar il-Kunsilli Lokali.
 

 

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri