Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 12/10/2017

L-użu tal-kura tas-saħħa meta tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE

Deċiżjoni tar-Renju Unit li tinvoka l-Artikolu 50 tat-TUE: Aktar informazzjoni

Għalissa, ir-Renju Unit għadu membru sħiħ tal-UE u d-drittijiet u l-obbligi għadhom japplikaw bis-sħiħ fir-Renju Unit:

  • Mistoqsijiet u Tweġibiet ibbażati fuq ir-Rapport Konġunt tat-8 ta' Diċembru 2017 mill-UE u r-Renju UnitEnglish
  • Pubblikazzjonijiet tal-UE dwar il-BrexitEnglish
  • Informazzjoni u gwida tal-gvern tar-Renju Unit dwar il-BrexitEnglish

Meta tmur toqgħod f'pajjiż tal-UE ieħor tkun tista' tikseb kura tas-saħħa bl-istess kondizzjonijiet bħar-residenti lokali. Liema pajjiż jispiċċa jħallaslek it-trattament mediku permezz tas-sistema tal-kura tas-saħħa jiddependi fuq is-sitwazzjoni speċifika tiegħek - normalment ikun il-pajjiż fejn qed toqgħod bħalissa, jekk tkun mort tgħix hemm minħabba x-xogħol, pereżempju.

Jekk tieħu mediċini bir-riċetta tat-tabib, ftakar li l-mediċina mhux dejjem tkun tinstab, jew jista' jkollha isem differenti f'pajjiż ieħor tal-UE.

Is-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali fl-Ewropa jvarjaw bejn pajjiż u ieħor. Pereżempju, f'xi pajjiżi inti mistenni tħallas lit-tabib direttament tal-kura.

Jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor tal-UE u jkollok bżonn il-kura tas-saħħa f'pajjiż ieħor apparti dak fejn mort toqgħod, ir-regoli dwar min hu responsabbli għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa jiddependu fuq:

  • is-sitwazzjoni tiegħek (pereżempju, jekk intix pensjunant jew impjegat)
  • il-pajjiż fejn qed tgħix (pajjiżi differenti japplikaw regoli differenti).

Biex tkun taf liema regoli japplikaw għalik iċċekkja mal-Punt ta' Kuntatt Nazzjonali.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri