Rifużjonijiet tal-VAT: agħmel talba online

Rifużjonijiet tal-VAT għan-negozji tal-UE

Meta tista’ tagħmel talba għal rifużjoni tal-VAT?

Jekk ġejt mitlub tħallas il-VAT fuq attivitajiet ta’ negozju f’pajjiż tal-UE li fih m’intix stabbilit, tista’ tkun intitolat għal rifużjoni tal-VAT mill-awtoritajiet f’dak il-pajjiż.

Twissija

Uħud mill-pajjiżi tal-UE ma jippermettux rifużjonijiet għal ċerti kategoriji ta’ nefqa (eż. nefqa tar-restoranti, attivitajiet ta’ divertiment, karozzi, fjuwil eċċ.).

Kif tagħmel talba għar-rifużjoni tal-VAT tiegħek

Għandek tagħmel talba għar-rifużjoni tal-VAT tiegħek online, mal-awtoritajiet fil-pajjiż li fih ibbażat in-negozju tiegħek.

Jekk int eliġibbli għar-rifużjoni, l-awtoritajiet se jgħaddu t-talba tiegħek lill-awtoritajiet fil-pajjiż l-ieħor.

Il-proċedura tar-rifużjoni tal-VAT hi armonizzata fil-livell tal-UE. Din hi taqsira tal-proċess ta' rifużjoni tal-VAT en li turi fil-qosor ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.

Tista' taqra aktar dwar il-proċeduri ta' rifużjoni tal-VAT għan-negozji tal-UE en Iftaħ bħala link estern f'kull pajjiż tal-UE mogħti hawn taħt:

Punti ta’ kuntatt nazzjonali

Biex tkun ċert li għandek l-informazzjoni korretta, jeħtieġlek tiċċekkja s-siti web nazzjonali tat-taxxa għal kull każ speċifiku.

Ħlas tard

Jekk pajjiż jittardja r-rifużjoni tal-VAT tiegħek, tista' titlob l-interessi.

Jekk tesperjenza diffikultajiet mal-awtoritajiet pubbliċi, tista’ titlob l-għajnuna tas-servizzi ta’ għajnuna u pariri Iftaħ bħala link estern tagħna.

Meta tippreżenta talba – kodiċijiet għal oġġetti/servizzi

Meta jkun hemm talba ta’ rifużjoni, trid iddaħħal ċerti kodiċijiet standard biex jiddeskrivu t-tip ta’ prodotti/servizzi li ħallast il-VAT fuqhom.

In-natura tal-oġġetti u s-servizzi miksubin għandhom jiġu deskritti skont il-kodiċijiet tain-nefqa segwenti.

  1. Fjuwil.
  2. Kiri ta’ mezzi tat-trasport.
  3. Nefqa relatata ma’ mezzi tat-trasport.
  4. Ħlasijiet għall-użu tat-triq u għall-utent tat-triq.
  5. Spejjeż tal-ivvjaġġar, bħan-nollijiet tat-taxi, nollijiet tat-trasport pubbliku.
  6. Akkomodazzjoni.
  7. Ikel, xorb u servizzi ta’ restoranti.
  8. Dħul għal fieri u wirjiet.
  9. Nefqa fuq il-lussu, il-pjaċiri jew id-divertiment.
  10. Oħrajn.

Uħud mill-pajjiżi tal-UE jirrikjedu wkoll li tuża sottokodiċijiet addizzjonali en għal kull tip ta' oġġett/servizz.

Kors online – kif tapplika għar-rifużjonijiet tal-VAT

Tista’ tirreġistra għal kors permezz ta’ tagħlim elettroniku bla ħlas dwar kif tapplika għar-rifużjonijiet tal-VAT fil-portal tat-tagħlim elettroniku tat-Taxxa u d-Dwana tal-Unjoni de en fr . Il-korsijiet jitmexxew mill-Kummissjoni Ewropea b'kollaborazzjoni mal-amministrazzjonijiet nazzjonali.

Rifużjonijiet tal-VAT għan-negozji mhux tal-UE

Meta tista’ tagħmel talba għal rifużjoni tal-VAT?

Jekk in-negozju tiegħek mhux stabbilit fl-UE, u ġejt mitlub tħallas il-VAT fuq attivitajiet ta’ negozju f’pajjiż tal-UE fejn ma pprovdejtx oġġetti jew servizzi, tista’ tkun intitolat għar-rifużjoni tal-VAT mill-awtoritajiet f’dak il-pajjiż. Pereżempju, kumpanija stabbilita fl-Iżvizzera li tipparteċipa f'konferenza fil-Belġju u li tħallas il-VAT tal-BE fuq il-kont tal-lukanda tagħhom.

Kif tagħmel talba għar-rifużjoni tal-VAT tiegħek

Biex tikseb rifużjoni, għandek tibgħat l-applikazzjoni tiegħek lill-awtoritajiet fil-pajjiż tal-UE li fih ħallast il-VAT. Uħud mill-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħtu biss il-flus lura jekk il-pajjiż li fih in-negozju tiegħek hu bbażat joffri arranġamenti għal rifużjoni simili għan-negozji minn dak il-pajjiż tal-UE.

Tista’ taqra aktar dwar il-proċeduri ta’ rifużjoni tal-VAT għan-negozji li mhumiex tal-UE en Iftaħ bħala link estern hawn taħt:

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 27/11/2023
Ikkondividi din il-paġna